+Artikolu 49 Rieżami ta’ mudelli, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 1a.
---+Artikolu 49 1b.
---+Artikolu 49 1c.
---+Artikolu 49 1d.
---+Artikolu 49 1e.
---+Artikolu 49 1f.
---+Artikolu 49 1g.
---+Artikolu 49 1h.
---+Artikolu 49 1i.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.
---+Artikolu 49 6.
|
Artikolu 49 Rieżami ta’ mudelli, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
CCP għandha tirrieżamina regolarment il-mudelli u l-parametri adottati sabiex tikkalkula r-rekwiżiti tal-marġni tagħha, il-kontribuzzjonijiet għal fond tal-inadempjenza, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħrajn ta’ kontroll tar-riskju. Hija għandha tissoġġetta l-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti sabiex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f’kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli u għandha twettaq testijiet retrospettivi sabiex tivvaluta l-affidabbiltà tal-metodoloġija adottata. Is-CCP għandha tikseb validazzjoni indipendenti, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa u għandha tikseb il-validazzjoni tagħhom f’konformità mal-paragrafi 1a sa 1e qabel ma tadotta kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudelli u l-parametri. Meta CCP ikollha l-ħsieb li tadotta bidla f’mudell jew parametru msemmi fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
meta s-CCP tqis li l-bidla maħsuba tkun sinifikanti skont il-paragrafu 1i, hija għandha tapplika għall-validazzjoni tal-bidla f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu;
(b)
meta s-CCP tqis li l-bidla maħsuba ma tkunx sinifikanti skont il-paragrafu 1i ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tapplika għall-validazzjoni tal-bidla f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49a.
|
|
Artikolu 49 1a.
|
Il-bidliet kollha fil-mudelli u l-parametri mhux ivvalutati skont l-Artikolu 49a għandhom jiġu stmati f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu. Il-mudelli u l-parametri adottati, inkluża kwalunkwe bidla sinifikanti fihom, għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-AETS għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tiġi mgħoddija lill-ASE, lis-SEBĊ u lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-iskopertura tal-impriżi finanzjarji għall-inadempjenza tas-CCPs.
|
|
Artikolu 49 1b.
|
Meta CCP ikollha l-ħsieb li tadotta kwalunkwe bidla fil-mudell jew il-parametru msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tissottometti applikazzjoni għall-validazzjoni ta’ tali bidla f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Dik l-applikazzjoni għandha tiġi kondiviża minnufih mal-awtorità kompetenti tas-CCP, mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18. Is-CCP għandha tinkludi validazzjoni indipendenti tal-bidla maħsuba fl-applikazzjoni tagħha. Fi żmien jumejn tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ tali applikazzjoni, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni lis-CCP, permezz tal-bażi tad-data ċentrali.
|
|
Artikolu 49 1c.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS għandhom jivvalutaw kull wieħed, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni, jekk l-applikazzjoni fihiex id-dokumenti meħtieġa u jekk dawk id-dokumenti fihomx l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 5, il-punt (d). Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tikkonkludi li ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti jew l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha titlob lis-CCP applikanti tissottometti dokumenti jew informazzjoni addizzjonali li hija jew l-AETS jkunu identifikaw bħala neqsin, permezz tal-bażi tad-data ċentrali. Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ f’dak il-każ jiġi estiż b’massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol. L-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS tikkonkludi li s-CCP tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe talba bħal din u, f’każ bħal dan, l-awtorità li kkonkludiet li l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutat għandha tinforma lill-awtorità l-oħra b’dan. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP bid-deċiżjonijiet li tirrifjuta l-applikazzjoni permezz tal-bażi tad-data ċentrali u tinforma wkoll lis-CCP dwar id-dokumenti jew l-informazzjoni identifikati bħala neqsin.
|
|
Artikolu 49 1d.
|
Fi żmien 40 jum tax-xogħol minn meta jiġi konkluż li d-dokumenti u l-informazzjoni kollha ġew ippreżentati f’konformità mal-paragrafu 1c:
(a)
l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-AETS u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18; u
(b)
l-AETS għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-awtorità kompetenti tas-CCP u lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18.
Matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tas-CCP, l-AETS jew kwalunkwe wieħed mill-membri tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 jistgħu jissottomettu, permezz tal-bażi tad-data ċentrali, mistoqsijiet direttament lis-CCP applikanti, u jitolbu informazzjoni komplementari mingħandha, u għandhom jistabbilixxu skadenza sa meta s-CCP applikanti għandha tipprovdi tali informazzjoni. Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi r-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 u jittrażmettiha lill-AETS u lill-awtorità kompetenti. Minkejja l-adozzjoni proviżorja f’konformità mal-paragrafu 1g, l-awtorità kompetenti u l-AETS ma għandhomx jadottaw deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-validazzjoni ta’ tibdil sinifikanti għall-mudelli jew il-parametri sakemm tali opinjoni tiġi adottata mill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, għajr jekk il-kulleġġ ma jkunx adotta dik l-opinjoni fil-limitu ta’ żmien.
|
|
Artikolu 49 1e.
|
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu l-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, jew wara l-iskadenza għall-għoti ta’ dik l-opinjoni, skont liema minnhom tiġi l-ewwel, l-awtorità kompetenti tas-CCP u l-AETS għandhom kull wieħed jagħtu jew jirrifjutaw il-validazzjoni, filwaqt li jqisu r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1d, l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, u dik l-opinjoni, u għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miktub dwar dan, filwaqt li jipprovdu spjegazzjoni motivata bis-sħiħ għall-għotja jew ir-rifjut. Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS ma tkunx ivvalidat il-bidla, il-validazzjoni għandha tiġi rrifjutata. Meta l-awtorità kompetenti tas-CCP jew l-AETS ma taqbilx mal-opinjoni tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni tagħha għandu jkun fiha raġunijiet sħaħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet.
|
|
Artikolu 49 1f.
|
L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinforma lis-CCP, sal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1e, jekk il-validazzjonijiet ikunux ingħataw jew ġewx irrifjutati u għandha tipprovdi spjegazzjoni motivata bis-sħiħ għal dan.
|
|
Artikolu 49 1g.
|
Is-CCP ma tista’ tadotta ebda bidla sinifikanti għall-mudell jew il-parametru msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma tikseb il-validazzjoni kemm mill-awtorità kompetenti tagħha u mill-AETS. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta mitluba mis-CCP, l-awtorità kompetenti, bi ftehim mal-AETS, tista’ tippermetti adozzjoni proviżorja ta’ bidla sinifikanti ta’ mudell jew parametru qabel il-validazzjonijiet tagħhom meta debitament ġustifikat. Tali bidla temporanja għandha tkun permessa biss għal ċertu perjodu ta’ żmien speċifikat b’mod konġunt mill-awtorità kompetenti tas-CCP u mill-AETS. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, is-CCP ma għandhiex titħalla tuża tali bidla, sakemm ma tkunx ġiet ivvalidata skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 49 1h.
|
Il-bidliet fil-parametri li huma r-riżultat tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija li hija parti minn mudell ivvalidat, jew minħabba input estern jew minħabba eżerċizzju regolari ta’ rieżami jew ta’ kalibrazzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala bidliet fil-mudelli u fil-parametri għall-fini ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 49a.
|
|
Artikolu 49 1i.
|
Bidla għandha titqies bħala sinifikanti meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-bidla twassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tar-riżorsi finanzjarji totali tas-CCP iffinanzjati minn qabel, inklużi r-rekwiżiti tal-marġni, il-fond tal-inadempjenza u r-riżorsi proprji ddedikati kif imsemmija fl-Artikolu 45(4);
(b)
l-istruttura jew l-elementi strutturali tal-mudell tal-marġni jinbidlu;
(c)
komponent tal-mudell tal-marġni, inkluż parametru tal-marġni jew suppliment, jiġi introdott, jitneħħa, jew jiġi emendat b’mod li jwassal għal tnaqqis jew żieda tal-output tal-mudell tal-marġni fil-livell tas-CCP;
(d)
il-metodoloġija użata sabiex jiġu kkalkolati l-kumpensi tal-portafoll tinbidel b’mod li twassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tar-rekwiżiti tal-marġni totali għall-istrumenti finanzjarji fi ħdan il-portafoll;
(e)
il-metodoloġija għad-definizzjoni u l-kalibrazzjoni tax-xenarji tat-testijiet tal-istress għall-fini tad-determinazzjoni tad-daqs tal-fondi tal-inadempjenza tas-CCP u d-daqs tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar individwali għal dawk il-fondi tal-inadempjenza tinbidel, li jwassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti fid-daqs ta’ kwalunkwe mill-fondi tal-inadempjenza jew ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ fond tal-inadempjenza individwali;
(f)
il-metodoloġija applikata għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità tinbidel, li jwassal għal tnaqqis jew żieda sinifikanti tal-ħtiġijiet ta’ likwidità stmati fi kwalunkwe munita jew tal-ħtiġijiet ta’ likwidità totali;
(g)
il-metodoloġija applikata biex jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li CCP ikollha fil-konfront ta’ kontroparti individwali tinbidel, b’tali mod li l-iskopertura ġenerali tas-CCP għal dik il-kontroparti tonqos jew tiżdied b’mod sinifikanti;
(h)
il-metodoloġija applikata sabiex jingħata valur lill-kollateral, jew jiġi kkalibrat it-telf impost tal-kollateral tinbidel, b’tali mod li l-valur totali ta’ kollateral jonqos jew jiżdied b’mod sinifikanti;
(i)
il-bidla jista’ jkollha effett materjali fuq ir-riskju ġenerali tas-CCP.
|
|
Artikolu 49 2.
|
Kontroparti ċentrali għandha regolarment tittestja l-aspetti ewlenin tal-proċeduri tal-inadempjenza tagħha u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li l-membri tal-ikklerjar kollha jifhmuhom u jkollhom arranġamenti xierqa fis-seħħ sabiex jirrispondu għal avveniment ta’ inadempjenza.
|
|
Artikolu 49 3.
|
Kontroparti ċentrali għandha pubblikament tiżvela l-informazzjoni ewlenija fuq il-mudell tal-immaniġġjar tar-riskji tagħha u l-preżunzjonijiet adottati għat-twettiq tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 49 4.
|
Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra u l-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
it-tip ta’ testijiet li għandhom jitwettqu għal klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji u portafolji;
(b)
l-involviment tal-membri tal-ikklerjar jew partijiet oħra fit-testijiet;
(c)
il-frekwenza tat-testijiet;
(d)
il-firxa taż-żmien tat-testijiet;
(e)
l-informazzjoni prinċipali msemmija fil-paragrafu 3.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 49 5.
|
L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar;
(a)
x’jikkostitwixxi żieda jew tnaqqis sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafu 1i, il-punti (a) u (c), (d) sa (h);
(b)
l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat jekk intlaħqitx waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1i;
(c)
bidliet oħra fil-mudelli li jistgħu jitqiesu bħala diġà koperti mill-mudell approvat u għalhekk ma jitqisux bħala bidla fil-mudell u mhumiex soġġetti għall-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 49a; u
(d)
il-listi ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għall-validazzjoni skont il-paragrafu 1c ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49a u l-informazzjoni li għandu jkun fihom tali dokumenti sabiex juru li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.
Id-dokumenti u l-livell ta’ informazzjoni meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati mat-tip ta’ validazzjoni tal-mudell iżda jkun fihom dettall suffiċjenti biex jiżguraw analiżi xierqa tal-bidla. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-AETS tista’ tistabbilixxi valuri differenti għall-punti differenti tal-paragrafu 1i. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 49 6.
|
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format elettroniku tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali għall-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1b ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49a. L-AETS għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|