|
+Artikolu 11 4. |
Artikolu 11 4.Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jitqies li jkun żvela informazzjoni privileġġata matul sondaġġ tas-suq fl-eżerċizzju normali tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet ta’ persuna għall-finijiet tal-Artikolu 10(1) meta dak il-parteċipant fis-suq jagħżel li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun kiseb il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tirċievi informazzjoni privileġġata;
(b)
ikun informa lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li dik il-persuna hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi takkwista jew iċċedi, għall-kont ta’ dik il-persuna stess jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji relatati ma’ dik l-informazzjoni;
(c)
ikun informa lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li dik il-persuna hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi tikkanċella jew temenda ordni li diġà tqiegħdet dwar strument finanzjarju li l-informazzjoni hija relatata miegħu;
(d)
ikun informa lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li billi taqbel li tirċievi l-informazzjoni dik il-persuna tkun obbligata li żżomm l-informazzjoni kunfidenzjali;
(e)
ikun għamel u żamm rekord tal-informazzjoni kollha mogħtija lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, inkluż l-informazzjoni mogħtija skont il-punti (a) sa (d), u l-identità tal-investituri potenzjali li lilhom ġiet żvelata l-informazzjoni, inkluż imma mhux biss il-persuni ġuridiċi u l-persuni fiżiċi li jaġixxu f’isem l-investitur potenzjali, u d-data u l-ħin ta’ kull żvelar;
(f)
ikun ipprovda dak ir-rekord lill-awtorità kompetenti fuq talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|