+Artikolu 33 Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.

Artikolu 33 Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.

Sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha superviżorji u investigatorji li jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fi kwalunkwe mod segwenti:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; jew

(c) 

billi jirrikoru għand l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 33 2.

Sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’ konformita’ mal-liġi nazzjonali, is-setgħat li ġejjin:

(a) 

li jiksbu aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma u li jirċievu kopja tiegħu;

(b) 

li jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u jekk ikun meħtieġ isejħu u jinterrogaw persuna fiżika jew ġuridika bil-ħsieb li jiksbu informazzjoni;

(c) 

li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post imħabbra jew għal għarrieda;

(d) 

li jirrikjedu rekords telefoniċi eżistenti u tat-traffiku tad-dejta eżistenti;

(e) 

li jirrikjedu l-waqfien ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra dan ir-Regolament;

(f) 

li jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi.

Artikolu 33 3.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, mingħajr preġudizzju għall-punti(a) u (b) tal-paragrafu 2, is-setgħa f’każijiet individwali sabiex jirrikjedu li persuna fiżika jew ġuridika li tidħol għal tranżazzjoni ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tipprovdi:

(a) 

spjegazzjoni tal-fini tat-tranżazzjoni u jekk hijiex għall-finijiet ta’ ħħeġġjar kontra riskju jew mod ieħor; u

(b) 

informazzjoni li tivverifika r-riskju sottostanti fejn it-tranżazzjoni tkun għall-finijiet ta’ ħħeġġjar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.