|
+Artikolu 15 2. |
Artikolu 15 2.Il-kodiċi ta' kondotta għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni ċara tad-data tal-input li għandha tiġi pprovduta u r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat li data tal-input tiġi pprovduta b'konformità mal-Artikoli 11 u 14;
(b)
identifikazzjoni tal-persuni li jistgħu jikkontribwixxu data tal-input lill-amministratur u l-proċeduri biex tiġi verifikata l-identità ta' kontributur u ta' kwalunkwe sottomettent, kif ukoll awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe sottomettent li jikkontribwixxi data tal-input f'isem kontributur;
(c)
politiki biex jiġi żgurat li kontributur jipprovdi d-data tal-input rilevanti kollha;
(d)
is-sistemi u l-kontrolli li kontributur meħtieġ jistabbilixxi, inklużi:
(i)
proċeduri għall-kontribuzzjoni ta' data tal-input, inklużi r-rekwiżiti biex il-kontributur jispeċifika jekk data tal-input hijiex data tat-tranżazzjonijiet u jekk id-data tal-input hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-amministratur;
(ii)
politiki dwar l-użu tad-diskrezzjoni fil-kontribuzzjoni ta' data tal-input;
(iii)
kwalunkwe rekwiżit għall-validazzjoni tad-data tal-input qabel ma tingħata lill-amministratur;
(iv)
politiki taż-żamma ta' rekords;
(v)
rekwiżiti ta' rappurtar dwar data tal-input suspettuża;
(vi)
rekwiżiti dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|