+Artikolu 77c Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza
---+Artikolu 77c 1.
---+Artikolu 77c 2.

Artikolu 77c Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77c 1.

Għal kull munita l-aġġustament ta' korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b għandu jiġi kkalkolat skont dawn il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

l-aġġustament ta' korrispondenza irid ikun ugwali għad-differenza ta' dawn li ġejjin:

(i) 

ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, tirriżulta għal valur li jkun ugwali għall-valur skont l-Artikolu 75 tal-portafoll ta' assi assenjati;

(ii) 

ir-rata effettiva annwali, ikkalkulata bħala r-rata ta' skont unika li, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll ta' obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, tirrizulta f'valur li jkun ugwali għall-valur tal-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni meta l-valur taż-żmien tal-flus jiġi kkunsidrat bl-użu tal-istruttura tat-terminu bażika tar-rata tal-imgħax bla riskju;

(b) 

l-aġġustament ta' korrispondenza ma jridx jinkludi l-firxa fundamentali li tirrifletti r-riskji miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(c) 

minkejja l-punt (a), il-firxa fundamentali trid tiżdied fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-aġġustament ta' korrispondenza għall-assi ta' kwalità ta' kreditu tal-grad ta' sottoinvestiment ma jaqbiżx l-aġġustamenti ta' korrispondenza għall-assi ta' kwalità ta' kreditu tal-grad ta' investiment u l-istess dewmien u klassi tal-assi;

(d) 

l-użu ta' valutazzjonijiet esterni tal-kreditu fil-kalkolu tal-aġġustament tal-korrispondenza irid ikun konformi mal-Artikolu 111(1)(n).

Artikolu 77c 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), il-firxa fundamentali għandha tkun:

(a) 

ugwali għas-somma ta' dan li ġej:

(i) 

il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għall-probabbiltà ta' inadempjenza tal-assi;

(ii) 

il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għat-telf mistenni li jirriżulta mid-degradazzjoni tal-assi;

(b) 

għall-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, mhux inqas minn 30 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju tal-assi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi tal-assi, kif osservat fis-swieq finanzjarji;

(c) 

għal assi għajr skoperturi għal gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, mhux inqas minn 35 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa meta mqabbla mar-rata ta' imgħax mingħajr riskju tal-assi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi tal-assi, kif osservat fis-swieq finanzjarji.

Il-probabbilta ta' inadempjenza msemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq statistika ta' inadempjenza fuq perjodu twil li tkun rilevanti għall-assi fir-rigward tal-perjodu ta' validità, il-kwalità tal-kreditu u l-klassi tal-assi.

Meta l-ebda firxa tal-kreditu affidabbli ma tista' tiġi derivata mill-istatistika ta' inadempjenza msemmija fit-tieni subparagrafu, il-firxa fundamentali għandha tkun ugwali għall-porzjon tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stipulata fil-punti (b) u (c).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.