|
+Artikolu 77c 2. |
Artikolu 77c 2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), il-firxa fundamentali għandha tkun:
(a)
ugwali għas-somma ta' dan li ġej:
(i)
il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għall-probabbiltà ta' inadempjenza tal-assi;
(ii)
il-firxa tal-kreditu li tikkorrispondi għat-telf mistenni li jirriżulta mid-degradazzjoni tal-assi;
(b)
għall-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, mhux inqas minn 30 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju tal-assi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi tal-assi, kif osservat fis-swieq finanzjarji;
(c)
għal assi għajr skoperturi għal gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, mhux inqas minn 35 % tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa meta mqabbla mar-rata ta' imgħax mingħajr riskju tal-assi bl-istess perjodu ta' validità, kwalità tal-kreditu u klassi tal-assi, kif osservat fis-swieq finanzjarji. Il-probabbilta ta' inadempjenza msemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq statistika ta' inadempjenza fuq perjodu twil li tkun rilevanti għall-assi fir-rigward tal-perjodu ta' validità, il-kwalità tal-kreditu u l-klassi tal-assi. Meta l-ebda firxa tal-kreditu affidabbli ma tista' tiġi derivata mill-istatistika ta' inadempjenza msemmija fit-tieni subparagrafu, il-firxa fundamentali għandha tkun ugwali għall-porzjon tal-medja fuq perjodu twil tal-firxa fuq ir-rata tal-imgħax mingħajr riskju stipulata fil-punti (b) u (c). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|