|
+Artikolu 9 Eżenzjonijiet opzjonali ---+Article 9 1. ---+Article 9 2. ---+Article 9 3. ---+Article 9 4. ---+Article 9 5. ---+Article 9 6. ---+Article 9 7. ---+Article 9 8. ---+Article 9 9. |
Artikolu 9 Eżenzjonijiet opzjonaliArtikolu 9 Eżenzjonijiet opzjonali 1. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetneti tagħhom li jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta’ kull jew parti mill-proċeduri u mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 7 ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 22, 23 u 24 tad-Direttiva 2007/64/KE, u jippermettu lill-persuni ġuridiċi jitniżżlu f’reġistru għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jekk iż-żewġ rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti: (a) l-attivitajiet totali jiġġeneraw medja pendenti ta’ flus elettroniċi li ma taqbiżx il-limitu mqiegħed mill-Istat Membru li iżda, f’kull każ, ma jkunx ogħla minn EUR 5 000 000 ; u (b) ħadd mill-persuni fiżiċi responsbbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma jkun ġie kkundannat għal reati relatati ma’ riċiklaġġ ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq xi waħda mill-attivitajiet msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) li ma tkunx marbuta mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi jew iwettqu xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1) u l-ammont ta’ flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil dik l-istituzzjoni ta’ flus elettroniċi sabiex tapplika l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv mifhum li huwa użat għall-ħruġ ta’ flus elettroniċi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli fuq il-bażi ta’ data storika u b’mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. Fejn istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx ikkompletat perijodu suffiċjenti ta’ negozju, dak ir-rekwiżit għandu jiġi valutat abbażi tal-flus elettroniċi pendenti mbassra mill-pjan kummerċjali tagħha bil-kondizzjoni li kull aġġustament għal dak il-pjan ikun rikjest mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddisponi għall-għoti ta’ eżenzjonijiet opzjonali skont dan l-Artikolu li jkunu suġġetti għal rekwiżit addizzjonali tal-ammont ta’ ħżin massimu fuq l-istrument ta’ pagament jew kont ta’ pagament tal-konsumatur fejn jinħażnu l-flus elettroniċi. Persuna ġuridika reġistrata skont dan il-paragrafu tista’ trendi servizzi ta’ pagament mhux marbutin mal-flus elettroniċi emessi skont dan l-Artikolu biss jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE ikunu ġew sodisfatti. 2. Persuna ġuridika iskritta skont il-paragrafu 1 għandha tkun meħtieġa jkollha s-sede prinċipali tagħha fl-Istat Membru li fih realment tmexxi l-attivitajiet tagħha. 3. Persuna ġuridika reġistrata skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Madankollu, l-Artikoli 10(9) u 25 tad-Direttiva 2007/64/KE m’għandhomx japplikaw għalihom. 4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li kwalunkwe persuna ġuridika iskritta skont il-paragrafu 1 tista’ tinvolvi ruħha biss f’xi wħud mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 6(1). 5. Il-persuni ġuridiċi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom: (a) jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe bidla fil-qagħda tagħhom li tkun relevanti għall-kondizzjonijiet speċifikat fil-paragrafu 1; u (b) mill-anqas darba kull sena f’data speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti tirrapporta dwar il-medja ta’ flus elettroniċi pendenti. 6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li fejn il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4 ma jiġux sodisfatti aktar, il-persuni ġuridiċi għandhom ifittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju skont l-Artikolu 3. Kwalunkwe minn dawn il-persuni li ma fittxewx l-awtorizzazzjoni fiż-żmien imsemmi għandhom jiġi pprojbit lilhom, skont l-Artikolu 10, li jemettu flus elettroniċi. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu mogħtijin setgħa biżżejjed biex jivverifikaw l-ottemperanza kontinwa mar-rekwiżiti skont dan l-Artikolu. 8. Dan l-Artikolu m’għandux japplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/60/KE jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kontra l-ħasil tal-flus. 9. Jekk Stat Membru javvalixxi ruħu mill-eżoneru dispost fil-paragrafu 1, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan sat-30 ta’ April 2011. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Inoltre, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-għadd ta’ persuni ġuridiċi kkonċernati u, fuq bażi annwa, bl-ammont totali ta’ flus elettroniċi pendenti emessi mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja, kif imsemmi fil-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|