|
+Artikolu 13 6 |
Artikolu 13 66. Mill-10 ta’ Novembru 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli għarreġistri ċentrali jwettqu l-verifika msemmija fil-paragrafu 1 u jipprovdu tweġiba lill-applikant fi żmien 12-il jum tax-xogħol. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, f'każ ta' għadd kbir f'daqqa ta' talbiet għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont dan l-Artikolu, l-iskadenza biex tingħata tweġiba lill-applikant tista' tiġi estiża bi 12-il jum tax-xogħol. Jekk, wara li tkun skadiet l-estensjoni, l-għadd ta' talbiet li jidħlu jibqa' għoli, dik l-iskadenza tista' tiġi estiża bi 12-il jum tax-xogħol oħra. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fil-ħin dwar kwalunkwe estensjoni kif msemmija fit-tieni subparagrafu. Meta l-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali jiddeċiedu li jagħtu aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, huma għandhom joħorġu ċertifikat li jagħti aċċess għal tliet snin. L-entitajiet responsabbli għar-reġistri ċentrali għandhom jirrispondu kwalunkwe talba sussegwenti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja mill-istess persuna fi żmien sebat ijiem tax-xogħol. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|