3. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u tippreżentah lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom jispeċifikaw ir-rilevanza u l-kriterji tal-għażla meta jiġi ddeterminat jekk rapport ippreżentat skont l-Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2024/1624 jikkonċernax Stat Membru ieħor kif imsemmi fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, ta' din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafuf'konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.