10. Is-superviżuri mhux finanzjarji jistgħu jippermettu lill-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi terzi jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kulleġġi superviżorji għall-AML/CFT fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), jew meta entitajiet tal-Unjoni marbuta b'obbligu fis-settur mhux finanzjarju jew gruppi tagħhom joperaw fergħat u sussidjarji f'dawk il-pajjiżi terzi, dment li:
|
(a)
|
il-kontropartijiet ta' pajjiżi terzi jippreżentaw talba għall-parteċipazzjoni u l-membri tal-kulleġġ jaqblu mal-parteċipazzjoni tagħhom, jew il-membri tal-kulleġġ jaqblu li jistiednu lil dawk il-kontropartijiet ta' pajjiżi terzi;
|
|
(b)
|
ikunu rispettati r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data dwar it-trasferimenti tad-data;
|
|
(c)
|
il-kontropartijiet ta' pajjiż terz jiffirmaw il-ftehim bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 7 u jikkondividu fil-kulleġġ l-informazzjoni rilevanti li jkollhom għas-superviżjoni tal-entità marbuta b'obbligu jew tal-grupp;
|
|
(d)
|
l-informazzjoni żvelata hija soġġetta għal garanzija ta' rekwiżiti ta' segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dik imsemmija fl-Artikolu 67(1) u tintuża biss għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti superviżorji tas-superviżuri mhux finanzjarji parteċipanti jew tal-kontropartijiet f'pajjiżi terzi.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri mhux finanzjarji responsabbli mill-impriża omm ta' grupp jew mill-uffiċċju prinċipali ta' entità marbuta b'obbligu jew, fil-każijiet koperti mill-paragrafu 3, mill-kulleġġ, iwettqu valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu humiex issodisfati u jippreżentawha lill-membri permanenti tal-kulleġġ. Dik il-valutazzjoni għandha titwettaq qabel ma l-kontroparti ta' pajjiż terz titħalla tissieħeb mal-kulleġġ u tista' tiġi ripetuta kif meħtieġ minn hemm 'il quddiem. Is-superviżuri mhux finanzjarji inkarigati mill-valutazzjoni jistgħu jfittxu l-appoġġ tal-AMLAgħat-twettiq ta’ dik il-valutazzjoni.