+Artikolu 61 Dispożizzjonijiet Ġenerali
---+Artikolu 61 1
---+Artikolu 61 2
---+Artikolu 61 3
|
Artikolu 61 Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfasslu l-politika, l-FIUs, is-superviżuri, inkluż l-AMLA, u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa, għandhom mekkaniżmi effettivi biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw fil-livell nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u biex jipprevjenu n-nonimplimentazzjoni u l-evażjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji mmirati, inkluż bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 61 2
|
2. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miksuba mill-awtoritajiet kompetenti skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2024/1624 u t-Taqsima 1 tal-Kapitolu II ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kontroparti ta' Stati Membri oħra jew ta' pajjiżi terzi b'mod tempestiv u mingħajr ħlas.
|
|
Artikolu 61 3
|
3. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jimponu kundizzjonijiet irraġonevoli jew indebitament restrittivi fuq l-iskambju ta' informazzjoni jew fuq l-assistenza bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-kontropartijiet tagħhom għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jirrifjutawx talba għall-assistenza fuq il-bażi li:
|
(a)
|
it-talba titqies li tinvolvi wkoll kwistjonijiet fiskali;
|
|
(b)
|
id-dritt nazzjonali jirrikjedi li l-entitajiet marbutin b'obbligu jżommu s-segretezza jew il-kunfidenzjalità, ħlief f'dawk il-każijiet fejn l-informazzjoni rilevanti mitluba tkun protetta mis-sigriet professjonali jew fejn tapplika s-segretezza professjonali legali, kif previst fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) 2024/1624;
|
|
(c)
|
tkun għaddejja inkjesta, investigazzjoni, proċedimenti jew analiżi tal-FIU fl-Istat Membru rikjest, sakemm l-assistenza ma timpedix dik l-inkjesta, investigazzjoni, proċedimenti jew analiżi tal-FIU;
|
|
(d)
|
in-natura jew l-istatus tal-awtorità kompetenti kontroparti rikjedenti huwa differenti minn tal-awtorità kompetenti rikjesta.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|