+Artikolu 10 1
|
Artikolu 10 1
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fejn dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża fis-sistema tal-klima li jkun konsistenti mal-mira fit-tul tat-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi billi jiġu evitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew billi jiżdiedu l-assorbimenti tal-gassijiet serra, inkluż permezz ta’ innovazzjonijiet tal-proċess jew innovazzjonijiet tal-prodott, permezz ta’:
|
(a)
|
il-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, il-ħażna, id-distribuzzjoni jew l-użu ta’ enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġija innovattiva li jkollha l-potenzjal għal tfaddil sinifikanti fil-futur jew permezz ta’ tisħiħ jew l-estensjoni meħtieġa tal-grilja;
|
|
(b)
|
it-titjib tal-effiċjenza enerġetika ħlief għall-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija kif imsemmija fl-Artikolu 19(3);
|
|
(c)
|
żieda fil-mobbiltà nadifa jew newtrali għall-klima;
|
|
(d)
|
bidla fl-użu għal dak ta’ materjali rinnovabbli minn sorsi rinnovabbli;
|
|
(e)
|
żieda fl-użu ta’ teknoloġiji ta’ ġbir u użu tal-karbonju li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (CCU, carbon capture and utilisation) u teknoloġiji tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS, carbon capture and storage) li jwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
|
|
(f)
|
it-tisħiħ ta’ bjar tal-karbonju fl-art, inkluż permezz tal-evitar tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti, ir-restawr tal-foresti, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tar-raba’, tal-bwar u artijiet mistagħdra, l-afforestazzjoni, u l-agrikoltura riġenerattiva;
|
|
(g)
|
l-istabbiliment ta’ infrastruttura tal-enerġija meħtieġa biex tkun iffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni ta’ sistemi tal-enerġija;
|
|
(h)
|
il-produzzjoni ta’ fjuwils nodfa u effiċjenti minn sorsi rinnovabbli u newtrali għall-karbonju; jew
|
|
(i)
|
il-faċilitazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (h) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|