+Artikolu 29 Valwazzjoni tal-MMFs
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.

Artikolu 29 Valwazzjoni tal-MMFs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
L-assi ta' MMF għandhom jiġu vvalwati mill-inqas fuq bażi ta' kuljum.
Artikolu 29 2.
L-assi ta' MMF għandhom jiġu vvalwati bl-użu tal-valwazzjoni skont is-suq kull meta possibbli.
Artikolu 29 3.

Meta tintuża l-valwazzjoni skont is-suq:

(a) 

l-assi ta' MMF għandu jiġi vvalwat mil-lat l-aktar prudenti ta' offerta sakemm l-assi jkun jista' jiġi kkwotat bi prezz medju;

(b) 

għandha tintuża biss dejta ta' kwalità tajba dwar is-suq; tali data għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-fatturi kollha li ġejjin:

(i) 

in-numru u l-kwalità tal-kontropartijiet;

(ii) 

il-volum u l-introjtu ta' dak l-assi tal-MMF fis-suq;

(iii) 

id-daqs tal-ħruġ u l-porzjon tal-ħruġ li jippjana li jixtri jew ibigħ l-MMF.

Artikolu 29 4.
Fejn l-użu tal-valwazzjoni skont is-suq ma jkunx possibbli jew id-dejta dwar is-suq ma tkunx ta' kwalità suffiċjenti, l-assi ta' MMF għandu jiġi vvalwat b'mod konservattiv bl-użu tal-valwazzjoni skont mudell.

Il-mudell għandu jistma b'mod eżatt il-valur intrinsiku tal-assi ta' MMF, fuq il-bażi tal-fatturi ewlenin aġġornati kollha li ġejjin:

(a) 

il-volum u l-introjtu ta' dak l-assi fis-suq;

(b) 

id-daqs tal-ħruġ u l-porzjon tal-ħruġ li jippjana li jixtri jew ibigħ l-MMF;

(c) 

ir-riskju tas-suq, ir-riskju tar-rata tal-imgħax u r-riskju tal-kreditu marbut mal-assi.

Meta tintuża l-valwazzjoni skont mudell, ma għandux jintuża l-metodu ta' kost amortizzat.

Artikolu 29 5.
Valwazzjoni mwettqa f'konformità mal-paragrafi 2, 3, 4, 6 u 7 għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 29 6.
Minkejja il-paragrafi 2, 3 u 4, l-assi ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku jistgħu addizzjonalment jiġu vvalwati wkoll bl-użu tal-metodu ta' kost amortizzat.
Artikolu 29 7.
B'deroga mill-paragrafi 2 u 4, minbarra l-valwazzjoni skont is-suq imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 u l-valwazzjoni skont mudell imsemmija fil-paragrafu 4, l-assi ta' LVNAV MMFs li għandhom maturità residwa ta' mhux aktar minn 75 jum jistgħu jiġu vvalwati bl-użu tal-metodu ta' kost amortizzat.

Il-metodu ta' kost amortizzat għandu jintuża biss biex jiġi vvalwat assi ta' LVNAV MMF f'ċirkustanzi fejn il-prezz tal-assi kkalkolat f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4 ma jiddevjax mill-prezz ta' dak l-ass ikkalkolat f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'aktar minn 10 punti bażi. F'każ ta' tali devjazzjoni, il-prezz ta' dak l-assi għandu jiġi kkalkolat f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.