|
+Artikolu 18 Informazzjoni ġenerali pprovduta minn intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni |
Artikolu 18 Informazzjoni ġenerali pprovduta minn intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoniArtikolu 18 Informazzjoni ġenerali pprovduta minn intermedjarju jew impriża tal-assigurazzjoni L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, intermedjarju tal-assigurazzjoni għandu jiżvela li ġej lill-klijenti:
(i)
l-identità u l-indirizz tiegħu, u l-fatt li huwa intermedjarju tal-assigurazzjoni;
(ii)
jekk jipprovdix konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni għall-bejgħ;
(iii)
il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14 li jippermettu lill-klijenti u partijiet interessati oħra jirreġistraw ilmenti dwar intermedjarji ta’ assigurazzjoni, kif ukoll dwar il-proċeduri ta’ lment u rimedju barra l-qrati msemmija fl-Artikolu 15.
(iv)
ir-reġistru li jkun ġie inkluż fih u l-mezzi għall-verifika li jkun ġie rreġistrat; u
(v)
jekk l-intermedjarju jkunx qed jirrappreżenta l-klijent jew inkella jkunx qed jaġixxi għal u f’isem l-impriża tal-assigurazzjoni;
(b)
fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni għandha tiżvela li ġej lill-klijenti:
(i)
l-identità u l-indirizz tagħha, u l-fatt li hija impriża tal-assigurazzjoni;
(ii)
jekk tipprovdix konsulenza fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni għall-bejgħ;
(iii)
il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14 li jippermettu lill-klijenti u partijiet interessati oħra jirreġistraw ilmenti dwar impriżi ta’ assigurazzjoni, kif ukoll dwar il-proċeduri ta’ lment u rimedju barra l-qrati msemmija fl-Artikolu 15. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|