|
+Artikolu 54 3. |
Artikolu 54 3.Meta tirrikjedi l-forniment ta’ informazzjoni b’deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:
(a)
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
(b)
tiddikjara l-fini tat-talba;
(c)
tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa;
(d)
tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
(e)
tindika l-pagamenti ta’ penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 61 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;
(f)
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 60 meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;
(g)
tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi appellata quddiem il-Bord tal-Appell f’konformità mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 ta’ dak ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|