+Artikolu 54 Talbiet għall-informazzjoni
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.

Artikolu 54 Talbiet għall-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1.

L-ESMA tista’ fuq talba sempliċi jew b’deċiżjoni, tirrikjedi lill-persuni li ġejjin jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:

(a) 

il-persuni li jwettqu b’mod effettiv in-negozju tar-rieżaminatur estern;

(b) 

il-membri tal-korpi superviżorji, maniġerjali jew amministrattivi tar-rieżaminatur estern;

(c) 

il-membri tal-maniġment superjuri tar-rieżaminatur estern;

(d) 

kwalunkwe persuna involuta direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tar-rieżaminatur estern;

(e) 

ir-rappreżentanti legali u l-impjegati ta’ entitajiet li lilhom rieżaminatur estern ikun esternalizza ċerti funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 33;

(f) 

il-persuni li b’xi mod ieħor ikunu relatati jew konnessi mill-qrib u b’mod sostanzjali mal-proċess tal-immaniġġar tar-rieżaminatur estern, inklużi l-azzjonisti li jkollhom mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tar-rieżaminatur estern jew f’kumpanija li jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq ir-rieżaminatur estern;

(g) 

kwalunkwe persuna li taġixxi bħala, jew li tagħmilha ta’ rieżaminatur estern, mingħajr ma tkun irreġistrata bħala tali, u kwalunkwe persuna li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) f’isem tali persuna.

Artikolu 54 2.

Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;

(b) 

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) 

tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa;

(d) 

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tinforma lill-persuna li għaliha tkun intalbet l-informazzjoni li mhijiex obbligata tipprovdi l-informazzjoni iżda li, f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta teħtieġ tkun korretta u ma tkunx qarrieqa; u

(f) 

tindika l-multa potenzjali prevista fl-Artikolu 60, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.

Artikolu 54 3.

Meta tirrikjedi l-forniment ta’ informazzjoni b’deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;

(b) 

tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) 

tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa;

(d) 

tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;

(e) 

tindika l-pagamenti ta’ penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 61 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;

(f) 

tindika l-multa prevista fl-Artikolu 60 meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;

(g) 

tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi appellata quddiem il-Bord tal-Appell f’konformità mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 54 4.
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ tal-persuni ġuridiċi jew tal-assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati li jirrappreżentawhom bil-liġi, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni pprovduta tirriżulta li tkun mhux kompluta, tkun skorretta jew tkun qarrieqa.
Artikolu 54 5.
L-ESMA għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati jew stabbiliti l-persuni li lilhom tali talba jew deċiżjoni tkun indirizzata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.