|
+Artikolu 60 1. |
Artikolu 60 1.L-ESMA għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta, f’konformità mal-Artikolu 63(8), issib li rieżaminatur estern jew kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1) tkun wettqet, b’intenzjoni jew b’negliġenza, wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur li ġejjin:
(a)
nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 24(1) jew ma’ kwalunkwe dispożizzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitoli 2 u 3;
(b)
it-tressiq ta’ dikjarazzjonijiet foloz meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern, jew l-użu ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex tinkiseb din ir-reġistrazzjoni;
(c)
nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni b’rispons għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 54 jew l-għoti ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa b’rispons għal talba għal informazzjoni jew għal deċiżjoni;
(d)
l-ostakolar ta’ investigazzjoni jew in-nuqqas ta’ konformità ma’ investigazzjoni skont l-Artikolu 55(1), il-punt (a), (b), (c), jew (e);
(e)
nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 56, billi ma tingħatax spjegazzjoni dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini ta’ spezzjoni, jew billi tingħata spjegazzjoni skorretta jew qarrieqa;
(f)
il-bidu tal-attività tar-rieżaminaturi esterni jew li wieħed jagħmilha ta’ rieżaminatur estern, mingħajr ma tkun saret reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern. Ksur għandu jitqies li jkun twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|