+Artikolu 60 Multi
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.

Artikolu 60 Multi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.

L-ESMA għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta, f’konformità mal-Artikolu 63(8), issib li rieżaminatur estern jew kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1) tkun wettqet, b’intenzjoni jew b’negliġenza, wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur li ġejjin:

(a) 

nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 24(1) jew ma’ kwalunkwe dispożizzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitoli 2 u 3;

(b) 

it-tressiq ta’ dikjarazzjonijiet foloz meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern, jew l-użu ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex tinkiseb din ir-reġistrazzjoni;

(c) 

nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni b’rispons għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 54 jew l-għoti ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa b’rispons għal talba għal informazzjoni jew għal deċiżjoni;

(d) 

l-ostakolar ta’ investigazzjoni jew in-nuqqas ta’ konformità ma’ investigazzjoni skont l-Artikolu 55(1), il-punt (a), (b), (c), jew (e);

(e) 

nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 56, billi ma tingħatax spjegazzjoni dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini ta’ spezzjoni, jew billi tingħata spjegazzjoni skorretta jew qarrieqa;

(f) 

il-bidu tal-attività tar-rieżaminaturi esterni jew li wieħed jagħmilha ta’ rieżaminatur estern, mingħajr ma tkun saret reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern.

Ksur għandu jitqies li jkun twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.

Artikolu 60 2.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-ammont minimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ EUR 20 000 . L-ammont massimu għandu jkun ta’ EUR 200 000 .

Meta tiddetermina l-livell ta’ multa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 59(3).

Artikolu 60 3.
Meta persuna tkun wettqet ksur elenkat fil-paragrafu 1 u tkun ibbenefikat finanzjarjament mill-ksur, direttament jew indirettament, l-ammont tal-multa għandu jkun mill-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju finanzjarju.
Artikolu 60 4.
Meta att jew ommissjoni jikkostitwixxu kombinament ta’ diversi ksur, l-ESMA għandha tapplika multa unika. Dik il-multa għandha tkun l-ogħla mill-multi applikabbli għal dak l-att jew ommissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.