4. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni għandu, meta jissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 2, jipprovdi lill-ESMA dan li ġej:
|
(a)
|
l-informazzjoni kollha elenkati fl-Anness I;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati;
|
|
(c)
|
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tissodisfa lill-ESMA li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun stabbilixxa l-arranġamenti meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu;
|
|
(d)
|
il-lista tal-klassifikazzjonijiet ESG attwali jew prospettivi tiegħu li huma maħsuba għad-distribuzzjoni fl-Unjoni;
|
|
(e)
|
meta jkun applikabbli, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tiegħu.
|
Fi żmien 90 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni għar-rikonoxximent imsemmija fil-paragrafu 2, l-ESMA għandha tiddeċiedi dwar jekk tagħtix ir-rikonoxximent. L-ESMA għandha tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-deċiżjoni.