+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
|
Artikolu 1 Suġġett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:
(a)
l-obbligi għall-kumpaniji rigward impatti negattivi reali u potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem u impatti ambjentali negattivi, fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom stess, l-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom, u l-operazzjonijiet imwettqa mis-sħab kummerċjali tagħhom fil-ktajjen ta’ attivitajiet ta’ dawk il-kumpaniji; u
(b)
ir-responsabbiltà għall-ksur tal-obbligi kif imsemmi fil-punt (a).
|
|
Artikolu 1 2.
|
Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni għat-tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u dawk soċjali, jew tal-ħarsien tal-ambjent jew tal-protezzjoni tal-klima previsti mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri jew mill-ftehimiet kollettivi applikabbli fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva. Madankollu, l-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jaġġustaw kwalunkwe liġi nazzjonali dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva applikabbli fiż-żmien tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva, b’mod partikolari l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bil-ħsieb li jallinjawha ma’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u dawk soċjali, u tal-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima skont atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni. Jekk dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun f’kunflitt ma’ dispożizzjoni ta’ att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni li jkollu l-istess objettivi u li jipprevedi obbligi aktar estensivi jew aktar speċifiċi, id-dispożizzjoni ta’ dak l-att leġiżlattiv l-ieħor tal-Unjoni għandu jipprevali sal-punt tal-kunflitt u għandu japplika fir-rigward ta’ dawk l-obbligi speċifiċi.
|
|
Artikolu 1 4.
|
Din id-Direttiva ma taffettwax il-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet għajr dawk stabbiliti fil-paragrafu 1. B’mod partikolari, ir-regoli msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma jaffettwawx id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, tal-impjieg jew soċjali, jew il-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima għajr l-obbligi ġenerali ta’ diliġenza dovuta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|