|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Definizzjonijiet
1.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/1624 u l-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“entità marbuta b’obbligu magħżula” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja, jew grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni, f’konformità mal-istandards kontabilistiċi applikabbli, li tkun taħt superviżjoni diretta mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 13;
(2)
“entità marbuta b’obbligu mhux magħżula” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja, jew grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni, f’konformità mal-istandards kontabilistiċi applikabbli, għajr entità marbuta b’obbligu magħżula;
(3)
“sistema superviżorja tal-AML/CFT” tfisser l-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri;
(4)
“awtorità mhux tal-AML/CFT” tfisser:
(a)
awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (40), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(b)
il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta jwettaq il-kompiti mogħtija lilu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
(c)
awtorità ta’ riżoluzzjoni maħtura f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE;
(d)
awtorità maħtura kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (18), tad-Direttiva 2014/49/UE;
(e)
awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (35), tar-Regolament (UE) 2023/1114. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|