|
+Artikolu 11 6. |
Artikolu 11 6.L-Awtorità għandha tiżviluppa l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-proċedura, il-formati u l-kronoloġiji għat-trażmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 3;
(b)
il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, filwaqt li jitqiesu d-distinzjonijiet rilevanti bejn l-entitajiet marbuta b’obbligu, bħall-profil tar-riskju tagħhom;
(c)
l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju;
(d)
it-tip ta’ informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha mill-Awtorità, skont talba motivata jew fuq inizjattiva proprja tagħha, teħtieġ il-kunsens minn qabel tal-awtorità superviżorja li oriġinatha;
(e)
liema livell ta’ materjalità jeħtieġ li jkollu ksur sabiex awtorità superviżorja tkun obbligata tittrażmetti informazzjoni dwar il-ksur skont il-paragrafu 2, il-punt (c);
(f)
il-kundizzjonijiet li bihom l-Awtorità tista’ titlob informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 3;
(g)
it-tipi ta’ informazzjoni addizzjonali li għandhom jiġu trażmessi lill-Awtorità skont il-paragrafu 3. L-Awtorità għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|