+Artikolu 11
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
|
Artikolu 11
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata bażi tad-data ċentrali tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT, u awtoritajiet u korpi nazzjonali oħra kompetenti biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
),ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
) jew id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), u lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, jiġifieri l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) (kollettivament, “l-ASEs”), fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u bażi kunfidenzjali, fejn dan ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. L-Awtorità għandha tanalizza wkoll l-informazzjoni miġbura u tista’ taqsam ir-riżultati tal-analiżi tagħha fuq inizjattiva proprja tagħha mal-awtoritajiet superviżorji, meta l-fatt li jsir dan ikun jiffaċilita lill-attivitajiet superviżorji tagħhom, u fejn ikun rilevanti, mal-entitajiet marbuta b’obbligu.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jittrażmettu lill-Awtorità tal-anqas l-informazzjoni li ġejja, inkluża d-data relatata ma’ entitajiet marbuta b’obbligu individwali, sabiex l-Awtorità ddaħħal dik l-informazzjoni fil-bażi tad-data:
(a)
lista tal-awtoritajiet superviżorji u tal-korpi awtoregolatorji kollha fl-Istati Membri tagħhom fdati bis-superviżjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu, inkluża informazzjoni dwar il-mandat, il-kompiti u s-setgħat tagħhom u, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tas-superviżur ewlieni jew il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni;
(b)
informazzjoni statistika dwar il-kategoriji u l-għadd ta’ entitajiet marbuta b’obbligu għal kull kategorija fl-Istat Membru tagħhom u informazzjoni bażika dwar il-profil tar-riskju ta’ dawk l-entitajiet;
(c)
il-miżuri amministrattivi applikati u s-sanzjonijiet pekunarji imposti matul is-superviżjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu individwali b’reazzjoni għall-ksur tar-rekwiżiti tal-AML/CFT, akkumpanjati minn:
(i)
ir-raġunijiet biex tiġi applikata l-miżura amministrattiva jew tiġi imposta s-sanzjoni pekunarja, bħan-natura tal-ksur;
(ii)
informazzjoni relatata dwar l-attivitajiet u l-eżiti superviżorji li wasslu biex tiġi applikata l-miżura amministrattiva jew tiġi imposta s-sanzjoni pekunarja;
(d)
kwalunkwe parir jew opinjoni relatati mar-riskji tal-ML/TF mogħtija lil awtoritajiet oħra fir-rigward tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, il-proċeduri tal-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, u valutazzjonijiet “idonei u xierqa” tal-azzjonisti jew tal-membri tal-korp maniġerjali ta’ entitajiet marbuta b’obbligu individwali;
(e)
l-eżiti tal-valutazzjonijiet tagħhom tal-profili tar-riskju inerenti u residwu tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1);
(f)
l-eżiti u r-rapporti ta’ rieżamijiet tematiċi u azzjonijiet superviżorji orizzontali oħra fir-rigward ta’ oqsma jew attivitajiet ta’ riskju għoli;
(g)
informazzjoni dwar l-attivitajiet superviżorji li wettqu matul l-aħħar sena kalendarja, miġbura skont l-Artikolu 40(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1640;
(h)
informazzjoni statistika dwar il-persunal u riżorsi oħra tas-superviżuri u tal-awtoritajiet superviżorji.
L-informazzjoni pprovduta skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tinkludi referenzi għal suspetti speċifiċi rrappurtati skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (EU) 2024/1624. L-Awtorità għandha ddaħħal ukoll fil-bażi tad-data l-informazzjoni li tirriżulta mill-attivitajiet tagħha fil-qasam tas-superviżjoni diretta li tikkorrispondi għall-kategoriji ta’ informazzjoni elenkati fl-ewwel subparagrafu, kif ukoll ir-riżultati tal-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettaq mill-Awtorità skont l-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-Awtorità tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji jipprovdu informazzjoni oħra minbarra dik imsemmija fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jaġġornaw kwalunkwe informazzjoni pprovduta hekk kif l-aġġornament ikun neċessarju jew fuq talba tal-Awtorità.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Awtorità għandha ddaħħal fil-bażi tad-data kwalunkwe data jew informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-attivitajiet superviżorji tal-AML/CFT li tiġi pprovduta minn awtoritajiet mhux tal-AML/CFT, awtoritajiet u korpi nazzjonali oħra li huma kompetenti biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/48/KE, id-Direttiva 2009/110/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2014/17/UE, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2014/56/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew id-Direttiva (UE) 2015/2366, jew mill-ASEs. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi każijiet meta l-awtoritajiet u l-korpi msemmija f’dak is-subparagrafu jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed isir tentattiv ta’ ML/TF jew li qed jitwettaq jew li jeżisti riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ entità marbuta b’obbligu, u meta tali raġunijiet raġonevoli rriżultaw fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompiti rispettivi tagħhom. Il-bażi tad-data għandha tinkludi wkoll informazzjoni rilevanti li l-awtoritajiet jew il-korpi li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
), inkluż il-BĊE meta jaġixxu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ikunu kisbu fil-kuntest ta’ superviżjoni kontinwa, inkluża informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tal-mudell tan-negozju, il-valutazzjonijiet tal-arranġamenti ta’ governanza, il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, il-valutazzjonijiet tal-akkwiżizzjonijiet ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, il-valutazzjonijiet “idonei u xierqa” u l-proċeduri relatati mal-irtirar tal-liċenzji.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-awtoritajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jistgħu jindirizzaw lill-Awtorità talba motivata għall-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu, jekk dik l-informazzjoni tkun neċessarja għall-attivitajiet superviżorji tagħhom. L-Awtorità għandha tivvaluta dawk it-talbiet u tipprovdi l-informazzjoni mitluba fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u kunfidenzjali u f’waqtha. L-Awtorità għandha tinforma lill-awtorità jew lill-korp li inizjalment ipprovdiet l-informazzjoni mitluba tal-identità tal-awtorità jew korp rikjedenti, l-identità ta’ kwalunkwe entità marbuta b’obbligu kkonċernata, ir-raġuni għat-talba għall-informazzjoni kif ukoll jekk l-informazzjoni tkunx ġiet ipprovduta lill-awtorità jew il-korp rikjedenti. Meta l-Awtorità tiddeċiedi li ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba, għandha tipprovdi ġustifikazzjoni motivata għal dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 11 6.
|
L-Awtorità għandha tiżviluppa l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-proċedura, il-formati u l-kronoloġiji għat-trażmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 3;
(b)
il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, filwaqt li jitqiesu d-distinzjonijiet rilevanti bejn l-entitajiet marbuta b’obbligu, bħall-profil tar-riskju tagħhom;
(c)
l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu fis-settur mhux finanzjarju;
(d)
it-tip ta’ informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħha mill-Awtorità, skont talba motivata jew fuq inizjattiva proprja tagħha, teħtieġ il-kunsens minn qabel tal-awtorità superviżorja li oriġinatha;
(e)
liema livell ta’ materjalità jeħtieġ li jkollu ksur sabiex awtorità superviżorja tkun obbligata tittrażmetti informazzjoni dwar il-ksur skont il-paragrafu 2, il-punt (c);
(f)
il-kundizzjonijiet li bihom l-Awtorità tista’ titlob informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 3;
(g)
it-tipi ta’ informazzjoni addizzjonali li għandhom jiġu trażmessi lill-Awtorità skont il-paragrafu 3.
L-Awtorità għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Id-data personali miġbura f’konformità ma’ dan l-Artikolu tista’ tinżamm f’format identifikabbli għal perjodu massimu ta’ 10 snin wara d-data li fiha l-Awtorità tiġbor id-data, u fi tmiem ta’ tali perjodu d-data personali għandha titħassar. Abbażi ta’ valutazzjoni regolari tan-neċessità tagħha, id-data personali tista’ titħassar, fuq bażi ta’ każ b’każ, qabel ma jiskadi dak il-perjodu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|