+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 3.
Meta fi Stat Membru l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu stabbiliti, awtorizzati jew irreġistrati, jew li jkollhom sussidjarja hemmhekk u li l-profil tar-riskju tagħhom ikun ikklassifikat bħala għoli, ma jikkwalifikaw bħala entità marbuta b’obbligu magħżula skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha twettaq proċess tal-għażla addizzjonali f’dak l-Istat Membru, abbażi tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 12(7), il-punt (b). Wara l-proċess tal-għażla addizzjonali, l-istituzzjoni ta’ kreditu, l-istituzzjoni finanzjarja jew grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, stabbiliti jew irreġistrati f’dak l-Istat Membru li l-profil tar-riskju tagħhom huwa kklassifikat bħala għoli, għandhom jikkwalifikaw bħala entità marbuta b’obbligu magħżula. Meta diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, jew gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, fl-Istat Membru inkwistjoni jkollhom profil tar-riskju li jkun ikklassifikat bħala għoli, l-entità li topera fl-ogħla numru ta’ Stati Membri kemm jekk permezz ta’ stabbilimenti kif ukoll jekk taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tikkwalifika bħala l-entità marbuta b’obbligu magħżula. Jekk diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, jew gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, joperaw fl-istess numru ta’ Stati Membri, l-entità bl-ogħla proporzjon ta’ volum ta’ tranżazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għall-volum ta’ tranżazzjonijiet totali mkejjel matul l-aħħar sena finanzjarja għandha tikkwalifika bħala entità marbuta b’obbligu magħżula.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|