+Artikolu 21 3.

Artikolu 21 3.

L-ammont bażiku tas-sanzjonijiet pekunarji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi inkluż fil-limiti li ġejjin:

(a) 

għal ksur serju, ripetut jew sistematiku ta’ rekwiżit wieħed jew aktar relatati mad-diliġenza dovuta tal-klijenti, il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli tal-grupp kollu jew l-obbligi ta’ rapportar li ġie identifikat f’żewġ Stati Membri jew aktar fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 500 000 u ma għandux jaqbeż EUR 2 000 000 jew 1 % tal-fatturat annwali, skont liema jkun ogħla;

(b) 

għal ksur serju, ripetut jew sistematiku ta’ rekwiżit wieħed jew aktar relatati mad-diliġenza dovuta tal-klijenti, il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni jew l-obbligi ta’ rapportar li ġie identifikat fi Stat Membru wieħed fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 000 jew 0,5  % tal-fatturat annwali, skont liema jkun l-ogħla;

(c) 

għal ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti l-oħra kollha li ġie identifikat f’żewġ Stati Membri jew aktar fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 2 000 000 ;

(d) 

għal ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti l-oħra kollha li ġie identifikat fi Stat Membru wieħed fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 000 ;

(e) 

għal ksur serju, ripetut jew sistematiku tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 000 .

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.