+Artikolu 21
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.
---+Artikolu 21 8.
---+Artikolu 21 9.
---+Artikolu 21 10.
|
Artikolu 21
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Għall-fini li twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ timponi sanzjonijiet pekunarjimeta entità marbuta b’obbligu magħżula tikser, kemm b’mod intenzjonali kif ukoll b’negliġenza, rekwiżit tar-Regolament (UE) 2023/1113 jew ir-Regolament (EU) …/…+, jew ma tikkonformax ma’ deċiżjoni vinkolanti msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Meta l-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità jsib li entità marbuta b’obbligu magħżula tkun wettqet, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur serju, ripetut jew sistematiku ta’ rekwiżiti direttament applikabbli li jinsabu fir-Regolament (UE) 2023/1113 jew ir-Regolament (UE) 2024/1624, huwa għandu jadotta deċiżjoni li timponi sanzjonijiet pekunarji, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Is-sanzjonijiet pekunarji imposti għal tali ksur għandhom, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, jiġu imposti flimkien mal-miżuri amministrattivi msemmija fl-Artikolu 21(2), jew minflokhom.
|
|
Artikolu 21 3.
|
L-ammont bażiku tas-sanzjonijiet pekunarji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi inkluż fil-limiti li ġejjin:
(a)
għal ksur serju, ripetut jew sistematiku ta’ rekwiżit wieħed jew aktar relatati mad-diliġenza dovuta tal-klijenti, il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli tal-grupp kollu jew l-obbligi ta’ rapportar li ġie identifikat f’żewġ Stati Membri jew aktar fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 500 000 u ma għandux jaqbeż EUR 2 000 000 jew 1 % tal-fatturat annwali, skont liema jkun ogħla;
(b)
għal ksur serju, ripetut jew sistematiku ta’ rekwiżit wieħed jew aktar relatati mad-diliġenza dovuta tal-klijenti, il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni jew l-obbligi ta’ rapportar li ġie identifikat fi Stat Membru wieħed fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 000 jew 0,5 % tal-fatturat annwali, skont liema jkun l-ogħla;
(c)
għal ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti l-oħra kollha li ġie identifikat f’żewġ Stati Membri jew aktar fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 2 000 000 ;
(d)
għal ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti l-oħra kollha li ġie identifikat fi Stat Membru wieħed fejn topera entità marbuta b’obbligu magħżula, l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 000 ;
(e)
għal ksur serju, ripetut jew sistematiku tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), l-ammont għandu jkun mill-anqas EUR 100 000 u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 000 .
|
|
Artikolu 21 4.
|
L-ammonti bażiċi definiti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu aġġustati, fejn meħtieġ, billi jitqiesu fatturi aggravanti jew mitiganti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness I. Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku. Meta l-benefiċċju miksub mill-ksur jew it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur ikun jista’ jiġi ddeterminat, dawn għandhom jiżdiedu mal-ammont totali tas-sanzjoni, wara l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti.
|
|
Artikolu 21 5.
|
Il-koeffiċjenti mitiganti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjent mitiganti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ kull koeffiċjent mitiganti individwali għandha titnaqqas mill-ammont bażiku.
|
|
Artikolu 21 6.
|
L-ammont massimu ta’ sanzjoni għall-ksur serju, ripetut jew sistematiku msemmi fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) ma għandux jaqbeż l-10 % tal-fatturat annwali totali tal-entità marbuta b’obbligu fis-sena kontabilistika preċedenti, wara l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti msemmija fil-paragrafi 4 u 5.
|
|
Artikolu 21 7.
|
L-ammont massimu ta’ sanzjoni għall-ksur serju, ripetut jew sistematiku msemmi fil-paragrafu 3, il-punti (c) u (d) ma għandux jaqbeż EUR 10 000 000 wara l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti msemmija fil-paragrafi 4 u 5.
|
|
Artikolu 21 8.
|
Meta l-entità marbuta b’obbligu magħżula tkun impriża omm jew sussidjarja ta’ impriża omm li tkun meħtieġa tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-istandards kontabilistiċi applikabbli skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm apikali.
|
|
Artikolu 21 9.
|
Fil-każijiet mhux koperti mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità tista’, fejn ikun neċessarju għall-fini li twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, teħtieġ li s-superviżuri finanzjarji jibdew proċedimenti bil-ħsieb li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li jiġu imposti sanzjonijiet pekunjarji xierqa f’konformità mal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2024/1640 u kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li tagħti setgħat speċifiċi li fil-preżent ma humiex meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni. Is-sanzjonijiet pekunjarji imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-ewwel subparagrafu għandu jkun applikabbli għas-sanzjonijiet pekunarji li għandhom jiġu imposti fuq entitajiet marbuta b’obbligu magħżula għal ksur tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2024/1640 u għal kwalunkwe sanzjoni pekunarja li għandha tiġi imposta fuq il-membri tal-korp maniġerjali ta’ entitajiet marbuta b’obbligu magħżula li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għal ksur mill-entità marbuta b’obbligu magħżula.
|
|
Artikolu 21 10.
|
Is-sanzjonijiet pekunarji imposti mill-Awtorità għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Meta tiddetermina l-ammont tas-sanzjoni pekunarja, l-Awtorità għandha tqis kif xieraq il-kapaċità tal-entità marbuta b’obbligu magħżula li tħallas is-sanzjoni pekunarja u, meta s-sanzjoni pekunarja tkun tista’ taffettwa l-konformità mar-regolamentazzjoni prudenzjali, tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni tal-konformità tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|