+Artikolu 23
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.

Artikolu 23

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

Il-Bord Eżekuttiv jista’ jadotta deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali sabiex iġiegħel:

(a) 

entità marbuta b’obbligu magħżula ttemm ksur, meta tonqos milli tikkonforma ma’ miżura amministrattiva applikata skont l-Artikolu 21(2), il-punt (b), (d), (e) jew (f), u l-Artikolu 21(3);

(b) 

persuna msemmija fl-Artikolu 17(1) tipprovdi l-informazzjoni sħiħa li tkun intalbet b’deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1);

(c) 

persuna msemmija fl-Artikolu 17(1) tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċi rekords, data u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u biex tikkompleta u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija skont l-Artikolu 18.

Artikolu 23 2.
Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost sakemm l-entità marbuta b’obbligu magħżula jew il-persuna kkonċernata tikkonforma mal-miżura amministrattiva rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 23 3.
Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont ta’ pagament perjodiku ta’ penali ma għandux jaqbeż, f’każ ta’ persuni ġuridiċi, 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kontabilistika preċedenti jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jiġi kkalkulat mid-data stabbilita fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.
Artikolu 23 4.
Pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità. Meta, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, l-entità marbuta b’obbligu magħżula tkun għadha ma kkonformatx mal-miżura amministrattiva, l-Awtorità tista’ timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali għal perjodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur.
Artikolu 23 5.
Id-deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali tista’ tittieħed fi stadju aktar tard b’effett retroattiv sad-data tal-applikazzjoni tal-miżura amministrattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.