|
+Artikolu 37 2. |
Artikolu 37 2.L-Awtorità għandha tkun tista’ titlob mingħand is-superviżur jew l-awtorità pubblika kkonċernata l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tqis neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, inkluża informazzjoni dwar kif l-atti tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, iżda bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni koperta minn privileġġ legali, sakemm ma japplikawx l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 70(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1624 u fl-Artikolu 52(3), il-punt (a) tad-Direttiva (UE) 2024/1640+. Is-superviżur jew l-awtorità pubblika kkonċernata għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-Awtorità l-informazzjoni mitluba. Kull meta l-informazzjoni mitluba mis-superviżur jew mill-awtorità pubblika kkonċernata tkun uriet li tkun, jew titqies li tkun, insuffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-finijiet tal-investigazzjoni tal-ksur suspettat, l-Awtorità tista’, wara li tkun infurmat lis-superviżur jew lill-awtorità pubblika kkonċernata, tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lis-superviżuri jew lill-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-korpi awtoregolatorji. Id-destinatarju ta’ tali talba għandu jipprovdi lill-Awtorità informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien żejjed. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|