+Artikolu 37
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.

Artikolu 37

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
Meta l-Awtorità jkollha raġunijiet biex tissuspetta li superviżur mhux finanzjarju jew awtorità pubblika li tissorvelja l-korpi awtoregolatorji msemmija fl-Artikolu 52 tad-Direttiva (UE) 2024/1640 ma applikawx l-atti tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, jew ikunu applikawhom b’mod li jidher li jkun qed jikser il-liġi tal-Unjoni, hija għandha tinforma lis-superviżur jew lill-awtorità pubblika kkonċernata dwar dak il-ksur suspettat u tinvestiga l-ksur.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-Awtorità tista’ taġixxi fuq talba ta’ superviżur mhux finanzjarju jew awtorità pubblika waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva proprja tagħha, inkluż meta tali azzjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni sostanzjata sew minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi skont l-Artikolu 90.

Artikolu 37 2.
L-Awtorità għandha tkun tista’ titlob mingħand is-superviżur jew l-awtorità pubblika kkonċernata l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tqis neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, inkluża informazzjoni dwar kif l-atti tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, iżda bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni koperta minn privileġġ legali, sakemm ma japplikawx l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 70(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1624 u fl-Artikolu 52(3), il-punt (a) tad-Direttiva (UE) 2024/1640+.

Is-superviżur jew l-awtorità pubblika kkonċernata għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-Awtorità l-informazzjoni mitluba.

Kull meta l-informazzjoni mitluba mis-superviżur jew mill-awtorità pubblika kkonċernata tkun uriet li tkun, jew titqies li tkun, insuffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-finijiet tal-investigazzjoni tal-ksur suspettat, l-Awtorità tista’, wara li tkun infurmat lis-superviżur jew lill-awtorità pubblika kkonċernata, tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lis-superviżuri jew lill-awtoritajiet pubbliċi li jissorveljaw il-korpi awtoregolatorji.

Id-destinatarju ta’ tali talba għandu jipprovdi lill-Awtorità informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 37 3.
L-Awtorità tista’, mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lis-superviżur jew lill-awtorità pubblika kkonċernata li jistabbilixxu l-azzjoni neċessarja biex il-ksur identifikat jiġi rimedjat.

Qabel ma toħroġ tali rakkomandazzjoni, l-Awtorità għandha timpenja ruħha mas-superviżur jew mal-awtorità pubblika kkonċernata, meta hija tqis li tali impenn ikun xieraq sabiex jiġi solvut il-ksur, f’tentattiv biex jintlaħaq qbil dwar l-azzjonijiet neċessarji għal dak il-għan.

Is-superviżur jew l-awtorità pubblika kkonċernata għandhom, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu r-rakkomandazzjoni, jinformaw lill-Awtorità bil-passi li jkunu ħadu jew li jkunu bi ħsiebhhom jieħdu biex isolvu l-ksur.

Artikolu 37 4.
Meta s-superviżur jew l-awtorità pubblika ma jkunux solvew il-ksur identifikat imsemmi fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, fi żmien xahar minn meta jirċievu r-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità għandha toħroġ twissija li tagħti dettalji dwar il-ksur u tidentifika l-miżuri li għandhom jiġu implimentati mid-destinatarji tat-twissija biex jittaffew l-effetti tiegħu.

It-twissija msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi indirizzata:

(a) 

fil-każ ta’ superviżur mhux finanzjarju, lis-superviżuri korrispondenti fi Stati Membri oħra u, meta s-superviżur ikun korp awtoregolatorju, lill-awtorità pubblika tiegħu;

(b) 

fil-każ ta’ awtorità pubblika, lill-korpi awtoregolatorji taħt is-sorveljanza tagħha.

Artikolu 37 5.
Hekk kif is-superviżur jew l-awtorità pubblika kkonċernata jkunu solvew il-ksur, l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarji tat-twissija tagħha msemmija fil-paragrafu 4 li l-ksur ġie solvut u li l-miżuri ta’ mitigazzjoni jkunu waqfu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.