+Artikolu 54
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.

Artikolu 54

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1.
L-Awtorità, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji u relatati mal-FIUs konsistenti, effiċjenti u effettivi, u li tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji, lis-superviżuri, lill-FIUs, jew lill-entitajiet marbuta b’obbligu.
Artikolu 54 2.
L-Awtorità għandha, fejn ikun xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati. Dawk il-konsultazzjonijiet u l-analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, tan-natura u tal-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet. Meta l-Awtorità ma twettaqx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, l-Awtorità għandha tipprovdi r-raġunijiet tagħha u tagħmilhom pubbliċi.
Artikolu 54 3.
L-awtoritajiet superviżorji, is-superviżuri, l-FIUs u l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.

Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità superviżorja, superviżur jew FIU għandhom jikkonfermaw jekk jikkonformawx jew ikunx bi ħsiebhom jikkonformaw ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni. F’każ li awtorità superviżorja, superviżur jew FIU ma jikkonformawx jew ma jkunx bi ħsiebhom jikkonformaw, huma għandhom jinformaw lill-Awtorità u jagħtu r-raġunijiet tagħhom.

L-Awtorità għandha tippubblika l-fatt li awtorità superviżorja, superviżur jew FIU ma jikkonformawx jew ma jkunx bi ħsiebhom jikkonformaw ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni. L-Awtorità tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet ipprovduti mill-awtorità superviżorja, mis-superviżur jew minn FIU għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni. L-awtorità superviżorja, is-superviżur jew l-FIU għandhom jirċievu avviż bil-quddiem ta’ tali pubblikazzjoni.

Jekk ikun meħtieġ minn dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jirrapportaw, b’mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni.

Artikolu 54 4.
Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 64(4), il-punt (c), l-Awtorità għandha telenka l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li tkun ħarġet.
Artikolu 54 5.
Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità għandhom jissostitwixxu l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa preċedentement mill-EBA jew mis-superviżuri u mill-FIUs dwar l-istess suġġett. Dment li jkunu għadhom rilevanti, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-EBA, jew mis-superviżuri u mill-FIUs skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Eweopew u tal-Kunsill ( 14 ) u r-Regolament (UE) 2023/1113 għandhom jibqgħu applikabbli sakemm il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet il-ġodda maħruġa mill-Awtorità dwar l-istess suġġett jibdew japplikaw. L-Awtorità għandha tipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni xieraq għall-applikazzjoni tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet il-ġodda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.