+Artikolu 96
---+Artikolu 96 1.
---+Artikolu 96 2.
---+Artikolu 96 3.
---+Artikolu 96 4.
---+Artikolu 96 5.

Artikolu 96

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 96 1.
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.
Artikolu 96 2.
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħSu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman Ewropew jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE, rispettivament.
Artikolu 96 3.

Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ma għandux japplika għal informazzjoni kunfidenzjali li tinkludi:

(a) 

informazzjoni jew data tal-Awtorità, tas-superviżuri finanzjarji jew tal-entitajiet marbuta b’obbligu miksuba b’riżultat tat-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) u fil-Kapitolu II, it-Taqsima 3;

(b) 

kwalunkwe data jew informazzjoni operazzjonali relatata ma’ tali data operazzjonali tal-Awtorità u tal-FIUs li tkun fil-pussess tal-Awtorità b’riżultat tat-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 5(5) u fil-Kapitolu II, it-Taqsima 6.

Artikolu 96 4.
L-informazzjoni kunfidenzjali msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a), li tirrigwarda proċedura superviżorja tista’ tiġi ddivulgata b’mod sħiħ jew parzjali lill-entitajiet marbuta b’obbligu li jkunu partijiet għal tali proċedura superviżorja, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra, fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Dak l-aċċess ma għandux jestendi għad-dokumenti interni tal-Awtorità, għas-superviżuri finanzjarji, jew għall-korrispondenza bejniethom.
Artikolu 96 5.
Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u r-regoli dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-proċeduri superviżorji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.