+Artikolu 106
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.
---+Artikolu 106 3.
---+Artikolu 106 4.

Artikolu 106

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 106 1.
Sas-27 ta’ Ġunju 2028, l-Artikolu 11 għandu japplika biss għas-superviżorji finanzjarji, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, l-awtoritajiet superviżorji fis-settur mhux finanzjarju jistgħu fuq bażi volontarja diġà jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu qabel dik id-data.

Għall-finijiet tal-istabbiliment u ż-żamma tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 11, l-Awtorità għandha tikkonkludi ftehim bilaterali mal-EBA dwar l-aċċess għall-bażi tad-data tal-AML/CFT stabbilita f’konformità mal-Artikolu 9a tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, kif ukoll il-finanzjament u l-ġestjoni konġunta tagħha. L-arranġament għandu jiġi stabbilit għal perjodu miftiehem b’mod reċiproku, li jista’ jiġi estiż sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027. Matul dak il-perjodu, l-EBA għandha tal-anqas tkun tista’ tkompli tirċievi informazzjoni, tanalizzaha u tagħmilha disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew f’konformità ma’ dan ir-Regolament, f’isem l-Awtorità u abbażi tal-finanzjament magħmul disponibbli mill-Awtorità għal dak l-għan.

Artikolu 106 2.
B’deroga mill-Artikolu 13(2), meta, matul l-ewwel proċess tal-għażla, aktar minn 40 entità marbuta b’obbligu jikkwalifikaw għal superviżjoni diretta skont l-Artikolu 13(1), l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 5(2) fir-rigward tal-40 entità jew grupp marbuta b’obbligu li joperaw fl-ogħla għadd ta’ Stati Membri kemm jekk permezz ta’ stabbilimenti kif ukoll jekk taħt il-libertà li jipprovdu servizzi.

Meta l-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jrendi aktar minn 40 entità jew grupp marbuta b’obbligu, l-Awtorità għandha tagħżel, mill-entitajiet jew gruppi marbuta b’obbligu li jintgħażlu f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u li joperaw fl-iżgħar numru ta’ Stati Membri, dawk li għandhom l-ogħla proporzjon tal-volum ta’ tranżazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għall-volum totali ta’ tranżazzjonijiet imkejla fl-aħħar sena finanzjarja.

Artikolu 106 3.
B’deroga mill-Artikolu 13(3), il-proċess tal-għażla addizzjonali stabbilit fih ma għandux japplika matul l-ewwel proċess tal-għażla.
Artikolu 106 4.
B’deroga mill-Artikolu 48(7), il-parteċipazzjoni tal-FIUs f’evalwazzjonijiet bejn il-pari għandha tkun volontarja matul l-ewwel żewġ proċessi ta’ evalwazzjoni bejn il-pari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.