+ANNESS I Lista ta’ koeffiċjenti marbuta ma’ fatturi aggravanti u ta’ mitigazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 22

ANNESS I Lista ta’ koeffiċjenti marbuta ma’ fatturi aggravanti u ta’ mitigazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 22




ANNESS I

Lista ta’ koeffiċjenti marbuta ma’ fatturi aggravanti u ta’ mitigazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 22

Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli b’mod kumulattiv mal-ammonti bażiċi msemmija fl-Artikolu 22(4) abbażi ta’ kull wieħed mill-fatturi aggravanti u ta’ mitigazzjoni li ġejjin:

I. 

Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbuta ma’ fatturi aggravanti:

1. 

Jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta’ 1,1 ;

2. 

Jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn sitt xhur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 .

3. 

Jekk il-ksur ikun kixef dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tal-entità marbuta b’obbligu, partikolarment fil-proċeduri, is-sistemi tal-maniġment jew il-kontrolli interni tagħha, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta’ 2,2 .

4. 

Jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta’ 3.

5. 

Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta’ rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,7 .

6. 

Jekk il-maniġment superjuri tal-entità marbuta b’obbligu magħżula ma kkoperax mal-Awtorità fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta’ 1,5 .

II. 

Koeffiċjenti ta’ aġġustament marbuta ma’ fatturi ta’ mitigazzjoni:

1. 

Jekk il-maniġment superjuri tal-entità marbuta b’obbligu magħżula jista’ juri li ħa l-miżuri neċessarji kollha biex jipprevjeni l-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,7 .

2. 

Jekk l-entità marbuta b’obbligu magħżula ġibdet l-attenzjoni tal-Awtorità dwar il-ksur sħiħ malajr u b’mod effettiv, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,4 .

3. 

Jekk l-entità marbuta b’obbligu magħżula tkun ħadet volontarjament miżuri biex tiżgura li ma jkunx jista’ jseħħ aktar ksur simili fil-futur, għandu japplika koeffiċjent ta’ 0,6 .

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.