+Artikolu 4 Strateġija dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3

Artikolu 4 Strateġija dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Wara konsultazzjoni li, sa fejn ikun prattikament possibbli, tkun miftuħa għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, kull Stat Membru għandu jadotta sas-17 ta’ Jannar 2026 strateġija għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi ("l-strateġija"). L-Istrateġija għandha tistipula l-objettivi strateġiċi u l-miżuri ta' politika, li jibnu fuq strateġiji nazzjonali u settorjali, pjanijiet jew dokumenti simili eżistenti rilevanti, bil-għan li jinkiseb u jinżamm livell għoli ta' reżiljenza min-naħa tal-entitajiet kritiċi u li jkopru mill-inqas is-setturi stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4 2

2.   Kull strateġija għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

objettivi strateġiċi u prijoritajiet għall-finijiet tat-tisħiħ tar-reżiljenza kumplessiva tal-entitajiet kritiċi, li jqisu d-dipendenzi u l-interdipendenzi transfruntiera u transsettorjali;

(b)

qafas ta' governanza biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi u l-prijoritajiet, li jinkludi deskrizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet differenti, l-entitajiet kritiċi u partijiet oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(c)

deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet kritiċi, inkluż deskrizzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 5;

(d)

deskrizzjoni tal-proċess li bih jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi;

(e)

deskrizzjoni tal-proċess li jappoġġa l-entitajiet kritiċi f'konformità ma' dan il-Kapitolu, inkluż miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku, min-naħa waħda, u s-settur privat u l-entitajiet pubbliċi u privati, min-naħa l-oħra;

(f)

lista tal-awtoritajiet u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti ewlenin, għajr l-entitajiet kritiċi, involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(g)

qafas ta' politika għal koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva ("awtoritajiet kompetenti") u l-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva (UE) 2022/2555 għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar riskji ta' ċibersigurtà, theddid ċibernetiku u inċidenti ċibernetiċi u riskji, theddid u inċidenti barra ċ-ċiberspazju u l-eżerċizzju ta' kompiti superviżorji;

(h)

deskrizzjoni tal-miżuri diġà fis-seħħ li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-obbligi taħt il-Kapitolu III ta' din id-Direttiva minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fit-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (31) li l-Istat Membru inkwistjoni jkun identifika bħala entitajiet kritiċi.

Wara konsultazzjoni li, sa fejn tkun prattikament possibbli, tkun miftuħa għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-istrateġiji tagħhom mill-anqas kull erba' snin.

Artikolu 4 3

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġiji tagħhom, u aġġornamenti sostanzjali relatati magħhom, lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.