+Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
|
Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta att delegat, skont l-Artikolu 23, sas-17 ta’ Novembru 2023 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi lista mhux eżawrjenti tas-servizzi essenzjali fis-setturi u fis-sottosetturi stabbiliti fl-Anness. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw dik il-lista ta' servizzi essenzjali għall-fini li jwettqu valutazzjoni tar-riskju ("il-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru") sas-17 ta’ Jannar 2026, kull fejn meħtieġ sussegwentement, u tal-anqas kull erba' snin. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru sabiex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 6 u jassistu dawk l-entitajiet kritiċi biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 13.
Il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru għandhom iqisu r-riskji rilevanti, dawk naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inkluż dawk ta' natura transsettorjali jew transfruntiera, l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika u t-theddid ibridu jew theddid antagonistiku ieħor, inkluż ir-reati terroristiċi kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru, l-Istati Membri għandhom iqisu tal-anqas dan li ġej:
|
(a)
|
il-valutazzjoni tar-riskju ġenerali mwettqa skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE;
|
|
(b)
|
valutazzjonijiet tar-riskju rilevanti oħra, imwettqa f'konformità mar-rekwiżiti tal-atti legali tal-Unjoni rilevanti li huma speċifiċi għas-settur, inkluż ir-Regolamenti (UE) 2017/1938 (33) u (UE) 2019/941 (34) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi 2007/60/KE (35) u 2012/18/UE (36) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
|
|
(c)
|
ir-riskji rilevanti li jirriżultaw mill-punt sa fejn is-setturi stabbiliti fl-Anness jiddependu fuq xulxin, inkluż mill-punt sa fejn huma jiddependu fuq entitajiet li jinsabu fi Stati Membri oħra u f'pajjiżi terzi, u l-impatt li tfixkil sinifikanti f'settur wieħed jista' jkollu fuq setturi oħra, inkluż kwalunkwe riskju sinifikanti għaċ-ċittadini u għas-suq intern;
|
|
(d)
|
kwalunkwe informazzjoni dwar inċidenti skont l-Artikolu 15.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, kif xieraq.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. L-Istati Membri, fejn rilevanti permezz tal-punt uniku ta' kuntatt tagħhom, għandhom jagħmlu l-elementi rilevanti tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru disponibbli għall-entitajiet kritiċi li huma identifikaw f'konformità mal-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lill-entitajiet kritiċi tassistihom fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 12 u fit-teħid ta' miżuri biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom skont l-Artikolu 13.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Fi żmien tliet xhur mit-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju ta' Stat Membru, Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar it-tipi ta' riskji identifikati wara u r-riżultati ta', dik il-valutazzjoni tar-riskju tal-Istat Membru, għal kull settur u sottosettur stabbilit fl-Anness.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mudell ta' rappurtar komuni volontarju għall-finijiet tal-konformità mal-paragrafu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|