+Artikolu 21 Netting tat-tranżazzjonijiet derivattivi
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
|
Artikolu 21 Netting tat-tranżazzjonijiet derivattivi
Netting tat-tranżazzjonijiet derivattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju għall-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għad-derivattivi ta' kreditu fuq bażi netta mill-kontraparti soġġett għall-eżistenza ta' ftehimiet ta' netting bilaterali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 295 ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul ta' flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi f'munita barranija li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti ta' kapital fuq bażi simultanja (jew fl-istess jum) fuq bażi netta, anki meta dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux koperti minn ftehim ta' netting bilaterali.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-bażi netta titqies li tkun in-nett tal-kollateral li għandu jiġi depożitat jew riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss. Madankollu, fil-każ tal-kollateral li għandu jiġi riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss, il-bażi netta titqies li tkun in-nett ta' dak il-kollateral biss jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kollateral, meta jiġi riċevut, sejjer jikkwalifika bħala assi likwidu skont it-Titolu II ta' dan ir-Regolament;
(b)
l-istituzzjoni ta' kreditu ser tkun intitolata legalment u operazzjonalment biex tuża mill-ġdid il-kollateral, meta riċevut.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|