+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 113(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skambju effiċjenti ta' informazzjoni xierqa huwa essenzjali biex jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji, il-miżuri ta' sorveljanza rigward is-superviżjoni tal-likwidità, il-livell ta' likwidità u r-rekwiżiti kapitali applikati għal kull istituzzjoni ta' grupp u l-grupp.

(2)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-proċess biex jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti, huwa importanti li kull pass jiġi spjegat tajjeb. Proċess ċar jiffaċilita wkoll skambju ta' informazzjoni, jippromwovi għarfien reċiproku, jiżviluppa relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet superviżorji u jippromwovi superviżjoni effettiva.

(3)

Sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskji kif ukoll il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità għal grupp ta' istituzzjonijiet, is-superviżur konsolidant għandu jkollu stampa ġenerali tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjonijiet kollha fil-grupp, inkluż l-istituzzjonijiet li joperaw barra mill-Unjoni. Għaldaqstant għandu jkun hemm interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u s-superviżuri tal-pajjiżi terzi sabiex dawk tal-ewwel ikunu jistgħu jivvalutaw ir-riskji globali li l-grupp jaffaċċja.

(4)

Ippjanar f'waqtu u realistiku għall-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti huwa essenzjali. Kull awtorità kompetenti involuta għandha tipprovdi lis-superviżur konsolidanti b'tagħrif rilevanti fuq bażi regolari. Sabiex il-valutazzjonijiet individwali jiġu ppreżentati u interpretati b'mod konsistenti u uniformi, jeħtieġ li jiġi introdott mudell komuni għar-riżultati tar-rieżami superviżorju u l-proċessi ta' evalwazzjoni li jkun speċifiku għall kull istituzzjoni.

(5)

Biex tiġi żgurata kundizzjoni uniformi tal-applikazzjoni, l-istadji li jridu jiġu segwiti għat-twettiq tal-valutazzjoni konġunta tar-riskju u għat-teħid tad-deċiżjonijiet konġunti għandhom jiġu stabbiliti, filwaqt li jiġi rikonoxxut li ċerti kompiti tal-valutazzjoni konġunta tar-riskju u l-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti jistgħu jsiru b'mod parallel u oħrajn sekwenzjalment.

(6)

Sabiex issir aktar faċli biex jittieħdu d-deċiżjonijiet konġunti, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jinvolvu ruħhom fi djalogu bejniethom, b'mod partikolari qabel ma jiġu ffinalizzati r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju u d-deċiżjonijiet konġunti.

(7)

Is-superviżur konsolidant għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti involuti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għat-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju individwali tagħhom u t-teħid tad-deċiżjonijiet konġunti dwar il-kapital u l-likwidità.

(8)

Ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp huwa dokument ewlieni li jgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jifhmu u jirreġistraw il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju globali tal-grupp bankarju bil-għan li jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti dwar l-adegwatezza tal-fondi proprji u l-livell ta' fondi proprji li l-grupp jeħtieġ li jżomm. Ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità tal-grupp huwa dokument importanti li jgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jifhmu, jivvalutaw u jirreġistraw il-valutazzjoni tal-profil tal-likwidità globali tal-grupp. Sabiex il-valutazzjoni tar-riskju globali u l-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp jiġu ppreżentati b'mod konsistenti, jiġu appoġġati diskussjonijiet sinifikanti fost l-awtoritajiet kompetenti u ssir valutazzjoni msaħħa tar-riskji tal-grupp bankarju transfruntier, għandhom jiġu stabbiliti mudelli komuni għal dawn ir-rapporti.

(9)

Filwaqt li jiġi rikonoxxut li r-riżultati tal-proċess tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni speċifikati fl-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu jiġu dokumentati b'mod differenti madwar l-Istati Membri skont l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b'kunsiderazzjoni wkoll għal-linji gwida maħruġa mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) skont l-Artikolu 107(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-mudelli standard għandhom jipprovdu formati konsistenti għall-komunikazzjoni tas-sejbiet u r-riżultati tal-proċess tar-rieżami superviżorju bil-għan li jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti.

(10)

La r-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp u lanqas ir-rapport li jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-grupp ma għandu jkun limitat għal aggregazzjoni ta' kontribuzzjonijiet individwali minn awtoritajiet kompetenti. Iż-żewġ rapporti għandhom jintużaw bħala għodda biex titwettaq il-valutazzjoni konġunta tar-riskji tal-grupp kollu u tiġi analizzata l-interazzjoni tal-affarijiet intragrupp.

(11)

Billi jiġu stabbiliti proċessi ċari għall-kontenut u l-artikulazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti għandu jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet konġunti jkunu motivati b'mod sħiħ u jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tad-deċiżjonijiet konġunti u l-infurzar tagħhom.

(12)

Sabiex il-proċess li jrid jiġi segwit ġaladarba jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti jiġi ċċarat u tiġi pprovduta trasparenza dwar it-trattament tal-eżitu ta' dawn id-deċiżjonijiet u tiġi ffaċilitata azzjoni ta' segwitu xierqa fejn meħtieġ, għandhom jiġu stabbiliti standards dwar il-komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet konġunti motivati b'mod sħiħ u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

(13)

Il-proċess li jrid jiġi segwit għall-aġġornamenti tad-deċiżjonijiet konġunti għandu jiġi stabbilit sabiex jiġi żgurat li jkun hemm approċċ konsistenti u trasparenti, kif ukoll involviment xieraq tal-awtoritajiet kompetenti u l-komunikazzjoni tar-riżultati.

(14)

Il-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE jinkludi l-proċess li jrid jiġi segwit meta ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni konġunta. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi dwar dan l-aspett tal-proċess, l-artikulazzjoni tad-deċiżjonijiet motivati b'mod sħiħ u t-trattament tal-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżuri ospitanti, għandhom jiġu stabbiliti standards li jkopru l-iskeda ta' żmien biex jittieħdu d-deċiżjonijiet fin-nuqqas ta' deċiżjonijiet konġunti, u l-komunikazzjoni tad-dettalji ta' tali deċiżjonijiet.

(15)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni;

(16)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0710
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.