+Artikolu 32 L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
|
Artikolu 32 L-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, l-immaniġġjar u l-iżvelar tal-kunflitti ta’ interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri effettivi sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kunflitti ta’ interess bejnhom u bejn:
(a)
l-azzjonisti jew membri tagħhom;
(b)
kwalunkwe azzjonist jew membru, kemm jekk dirett kif ukoll indirett, li jkollu partiċipazzjoni kwalifikanti fl-emittenti;
(c)
il-membri tal-korp maniġerjali tagħhom;
(e)
id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi; jew
(f)
kwalunkwe parti terza li tipprovdi waħda mill-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h).
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom, b’mod partikolari, jieħdu l-passi xierqa kollha sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mill-immaniġġjar u mill-investiment tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36.
|
|
Artikolu 32 3.
|
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom, f’post prominenti fuq is-sit web tagħhom, jiżvelaw mad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 1 u l-passi meħuda għall-mitigazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 32 4.
|
L-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun preċiż biżżejjed sabiex jippermetti lid-detenturi prospettivi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom jieħdu deċiżjoni informata dwar ix-xiri rigward it-tokens irreferenzjati ma’ assi.
|
|
Artikolu 32 5.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment:
(a)
ir-rekwiżiti għall-politiki u għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
id-dettalji u l-metodoloġija għall-kontenut tal-iżvelar imsemmija fil-paragrafu 3.
L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|