+Artikolu 130 1.

Artikolu 130 1.

Meta l-EBA ssib li emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkun wettaq ksur kif elenkat fl-Anness V, hija tista’ tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

tadotta deċiżjoni li titlob li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jwaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(b) 

tadotta deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 131 u 132;

(c) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jibgħat informazzjoni supplimentari, meta meħtieġ għall-protezzjoni tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi, b’mod partikolari detenturi fil-livell ta’ konsumatur;

(d) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jissospendi offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għal perjodu massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(e) 

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti meta tikkonstata li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun se jseħħ ksur tiegħu;

(f) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tkun ammetiet għan-negozjar it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jissospendi n-negozjar ta’ tali kriptoassi għal massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li nkiser dan ir-Regolament;

(g) 

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi n-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi meta tikkonstata ksur ta’ dan ir-Regolament;

(h) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jemenda l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu, meta tikkonstata li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jikkonformawx mal-Artikolu 29;

(i) 

tadotta deċiżjoni li tissospendu jew tipprojbixxi komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli biex tissuspetta ksur ta’ dan ir-Regolament;

(j) 

tadotta deċiżjoni li teħtieġ li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur jew l-operat mingħajr xkiel tas-suq;

(k) 

toħroġ twissijiet li emittent tat-token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti mhux qed jwettaq l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament;

(l) 

tirtira l-awtorizzazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti.

(m) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi t-tneħħija ta’ persuna fiżika mill-korp maniġerjali tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;

(n) 

tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jintroduċi ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew jillimita l-ammont tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti maħruġa, f’konformità mal-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 24(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.