+ANNESS 4 Dettalji tad-database imsemmija fl-Artikolu 88(4) tar-Regolament implimentattiv

ANNESS 4 Dettalji tad-database imsemmija fl-Artikolu 88(4) tar-Regolament implimentattiv

ANNESS 4

Dettalji tad-database imsemmija fl-Artikolu 88(4) tar-Regolament implimentattiv

(1)   Kontenut tad-database

Direttorju elettroniku (URL) tal-korpi kkonċernati għandu jindika:

(a) l-ismijiet tal-korpi fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru kif ukoll bl-Ingliż

(b) il-kodiċi ta’ identifikazzjoni u l-indirizzar elettroniku EESSI

(c) il-funzjoni tagħhom rigward id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tar-Regolament bażiku (u l-Artikolu 1(a) u (b) tar-Regolament implimentattiv

(d) il-kompetenza tagħhom rigward ir-riskji differenti, it-tipi ta’ benefiċċji, l-iskemi u l-kopertura ġeografika

(e) liema parti tar-Regolament bażiku qed tiġi applikata mill-korpi

(f) id-dettalji għall-kuntatt li ġejja: indirizz postali, telefon, telefaks, indirizz tal-psota elettronika u l-indirizz URL relevanti

(g) kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku jew ir-Regolament implimentattiv.

(2)   Amministrazzjoni tad-database

(a) Id-direttorju elettroniku hu ospitat minn EESSI fil-livell tal-Kummissjoni Ewropea.

(b) L-Istati Membri huma responsabbli biex jiġbru u jikkontrollaw l-informazzjoni meħtieġa ta’ korpi u għall-preżentazzjoni f’waqtha lill-Kummissjoni Ewropea ta’ kwalunkwe entrata jew bidla tal-entrati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

(3)   Aċċess

L-informazzjoni użata għal finijiet operattivi u amministrattivi mhijiex aċċessibbli għall-pubbliku.

(4)   Sigurtà

Il-modifiki kollha tad-database (daħħal, aġġorna, ħassar) għandhom ikunu llogjati. Qabel ma jingħataw aċċess għad-Direttorju għal finijiet li jkunu mmodifikati l-entrati, l-utenti għandhom ikunu identifikati u awtentikati. Qabel kwalunkwe tentattiv għal modifika ta’ entrata, ser tkun kontrollata l-awtorizzazzjoni tal-utent biex iwettaq din l-azzjoni. Kwalunkwe azzjoni mhux awtorizzata għandha tiġi miċħuda u reġistrata.

(5)   Reġim Lingwistiku

Ir-reġim lingwistiku ġenerali tad-database hu l-Ingliż. L-isem tal-korpi u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom għandhom jiddaħħlu wkoll fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.