+Artikolu 4a Reġim simplifikat għall-operaturi primarji mikro jew żgħar
---+Artikolu 4a 1.
---+Artikolu 4a 2.
---+Artikolu 4a 3.
---+Artikolu 4a 4.
---+Artikolu 4a 5.
|
Artikolu 4a Reġim simplifikat għall-operaturi primarji mikro jew żgħar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4a 1.
|
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(3)u l-Artikolu 4(4), il-punt (c), ma għandhomx japplikaw għall-operaturi primarji mikro jew żgħar.
|
|
Artikolu 4a 2.
|
L-operaturi primarji mikro jew żgħar għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata ta’ darba fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 qabel ma jintroduċu prodotti rilevanti fis-suq jew jesportawhom. Dawk l-operaturi għandhom jiġu assenjati identifikatur tad-dikjarazzjoni wara li jippreżentaw id-dikjarazzjoni simplifikata ta’ darba tagħhom.
|
|
Artikolu 4a 3.
|
L-operaturi primarji mikro jew żgħar għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III meta jippreżentaw id-dikjarazzjoni simplifikata fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. Dawk l-operaturi jistgħu jaġġornaw l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni simplifikata tagħhom wara kwalunkwe bidla kbira fl-informazzjoni li pprovdew.
|
|
Artikolu 4a 4.
|
Meta l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness III tkun disponibbli f’sistema jew f’bażi tad-data li teżisti skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru, għajr is-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33, l-operaturi primarji mikro jew żgħar ma għandhomx ikunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata ta’ darba f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni għal kull operatur disponibbli fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. L-operatur primarju mikro jew żgħir għandu jintroduċi l-prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew jesportahom biss wara li jkun ġie assenjat identifikatur tad-dikjarazzjoni.
|
|
Artikolu 4a 5.
|
Għall-operaturi primarji mikro jew żgħar, il-ġeolokalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (d), tista’ tiġi sostitwita bl-indirizz postali tal-biċċiet art kollha jew bl-indirizz postali tal-istabbiliment li minnu jkunu ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti li jkun fih il-prodott rilevanti, jew li jkun sar bl-użu tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|