+Artikolu 16 Obbligu li jitwettqu l-verifiki
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 16 10.
---+Artikolu 16 11.
---+Artikolu 16 12.
---+Artikolu 16 13.
---+Artikolu 16 14.
---+Artikolu 16 15.
|
Artikolu 16 Obbligu li jitwettqu l-verifiki
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fit-territorju tagħhom biex jistabbilixxu jekk l-operaturi, l-operaturi downstream u n-negozjanti stabbiliti fl-Unjoni jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki fit-territorju tagħhom sabiex jistabbilixxu jekk il-prodotti rilevanti li l-operatur, l-operatur downstream jew in-negozjant introduċa jew beħsiebu jintroduċi fis-suq, qiegħed jew beħsiebu jqiegħed fis-suq, jew esporta jew beħsiebu jesporta humiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru f’konformità mal-Artikoli 18 u 19.
|
|
Artikolu 16 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex jidentifikaw il-verifiki li għandhom jitwettqu. Il-kriterji tar-riskju għandhom jiġu identifikati abbażi ta’ analiżi tar-riskji ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-komoditajiet rilevanti, il-kumplessità u t-tul tal-ktajjen tal-provvista, inkluż jekk huwiex involut it-taħlit ta’ prodotti rilevanti, u l-istadju tal-ipproċessar tal-prodott rilevanti, jekk il-biċċiet art ikkonċernati humiex kontigwi għall-foresti, l-assenjazzjoni tar-riskju lil pajjiżi jew lil partijiet minnhom f’konformità mal-Artikolu 29, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni ta’ pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom klassifikati bħala ta’riskju għoli, l-istorja ta’ nuqqas ta’ konformità tal-operaturi, tal-operaturi downstream jew tan-negozjanti ma’ dan ir-Regolament, ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. L-analiżi tar-riskji għandha tibni fuq l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 9 u 10 u tista’ tibni fuq l-informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33, u tista’ tiġi appoġġata minn sorsi rilevanti oħra bħal data ta’ monitoraġġ, profili tar-riskju minn organizzazzjonijiet internazzjonali, tħassib sostanzjat ippreżentat skont l-Artikolu 31, jew il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tistabbilixxi u tirrieżamina u taġġorna b’mod regolari l-kriterji indikattivi tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, f’konformità mal-paragrafu 3, u tikkomunikahom lill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Għall-finijiet tat-twettiq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu pjanijiet annwali li jkun fihom mill-inqas dan li ġej:
(a)
kriterji nazzjonali tar-riskju, stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 3, għall-fini li jiġu ddeterminati l-verifiki li huma neċessarji, li jibnu fuq kwalunkwe kriterju tar-riskju indikattiv fil-livell tal-Unjoni stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4,ujinkludu sistematikament kriterji tar-riskju fir-rigward ta’ pajjiżi jew ta’ partijiet minnhom ikklassifikati li għandhom riskju għoli;
▼M2
(b)
l-għażla tal-operaturi, tal-operaturi downstream u tan-negozjanti li għandhom jiġu vverifikati; dik l-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji nazzjonali tar-riskju msemmija fil-punt (a), bl-użu, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 u t-tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data; għal kull operatur, operatur downstream jew negozjant li għandu jiġi vverifikat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidentifikaw dikjarazzjonijiet speċifiċi ta’ diliġenza dovuta li għandhom jiġu vverifikati.
▼B
|
|
Artikolu 16 6.
|
Ir-rieżami annwali tal-pjanijiet mill-awtoritajiet kompetenti għandu jibni b’mod sistematiku fuq ir-riżultati tal-verifiki u l-esperjenza dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 5 sabiex tittejjeb l-effikaċja tagħhom.
|
|
Artikolu 16 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet tagħhom ta’ verifiki, kif ukoll l-aġġornamenti tagħhom, lil awtoritajiet kompetenti oħra u lill-Kummissjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar u jikkoordinaw l-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-kriterji tar-riskju msemmija fil-paragrafu 5 mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni, sabiex itejbu l-effettività tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 16 8.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopru mill-inqas 3 % tal-operaturi, tal-operaturi downstream mhux SMEs u tan-negozjanti mhux SMEs li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew li jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti prodotti f’pajjiż tal-produzzjoni jew f’partijiet minnu kklassifikati li għandhom riskju standard f’konformità mal-Artikolu 29.
|
|
Artikolu 16 9.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopru mill-inqas 9 % tal-operaturi, tal-operaturi downstream mhux SMEs u tan-negozjanti mhux SMEs li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti kif ukoll 9 % tal-kwantità minn kull prodott rilevanti li fih jew li sar bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti prodotti f’pajjiż jew f’partijiet minnu kklassifikati li għandhom riskju għoli skont l-Artikolu 29.
|
|
Artikolu 16 10.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkopru mill-inqas 1 % tal-operaturi, tal-operaturi downstream mhux SMEs u tan-negozjanti mhux SMEs li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti li fihom jew li saru bl-użu ta’ komoditajiet rilevanti prodotti f’pajjiż jew f’partijiet minnu kklassifikati li għandhom riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29.
|
|
Artikolu 16 11.
|
L-objettivi kwantifikati tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jintlaħqu separatament għal kull waħda mill-komoditajiet rilevanti. L-objettivi kkwantifikati għandhom jiġu kkalkulati b’referenza għall-għadd totali ta’ operaturi, ta’ operaturi downstream mhux SMEs u ta’ negozjanti mhux SMEs li introduċew jew qiegħdu fis-suq jew esportaw prodotti rilevanti fis-sena preċedenti, u għall-kwantità, fejn applikabbli. L-operaturi għandhom jitqiesu li ġew ivverifikati meta l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat l-elementi msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punti (a) u (b). L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom jitqiesu li ġew ivverifikati meta l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat l-elementi msemmija fl-Artikolu 19(1).
|
|
Artikolu 16 12.
|
Mingħajr preġudizzju għall-verifiki ppjanati minn qabel skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta jiksbu jew jiġu mgħarrfa b’informazzjoni rilevanti, inkluż abbażi ta’ tħassib sostanzjat imressaq minn partijiet terzi skont l-Artikolu 31, dwar każ potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 16 13.
|
Il-verifiki għandhom jitwettqu mingħajr twissija minn qabel lill-operatur, lill-operatur downstream jew lin-negozjant, ħlief meta tkun meħtieġa notifika minn qabel tal-operatur, tal-operatur downstream jew tan-negozjant sabiex tkun żgurata l-effettività tal-verifiki.
|
|
Artikolu 16 14.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-verifiki li jindikaw partikolarment in-natura u r-riżultati tagħhom, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Ir-rekords tal-verifiki kollha għandhom jinżammu għal mill-anqas għaxar snin.
|
|
Artikolu 16 15.
|
Ir-rekords tal-verifiki mwettqa skont dan ir-Regolament u r-rapporti tar-riżultati tagħhom għandhom jikkostitwixxu informazzjoni ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
) u għandhom ikunu disponibbli fuq talba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|