+Artikolu 25 Penali
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.

Artikolu 25 Penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-operaturi, mill-operaturi downstream u min-negozjanti u għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti u li taffettwahom.
Artikolu 25 2.

Il-penali previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali għandhom jinkludu:

▼M2

(a) 

multi proporzjonati għad-danni ambjentali u għall-valur tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti kkonċernati, billi jiġi kkalkolat il-livell ta’ tali multi b’tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom, u gradwalment jiżdied il-livell ta’ tali multi għal ksur ripetut; fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-ammont massimu ta’ tali multa għandu jkun mill-inqas 4 % tat-total tar-rikavat annwalital-operatur, tal-operatur downstream jew tan-negozjant fl-Unjoni kollha għas-sena finanzjarja ta’ qabel id-deċiżjoni dwar il-multi, ikkalkulat f’konformità mal-kalkolu tar-rikavat aggregat għall-intrapriżi stabbilit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( 6 ), u għandu jiżdied, fejn meħtieġ, biex jaqbeż il-benefiċċju ekonomiku potenzjali miksub;

(b) 

konfiska tal-prodotti rilevanti kkonċernati mill-operatur, mill-operatur downstream u/jew min-negozjant;

(c) 

konfiska tad-dħul miksub mill-operatur, mill-operatur downstream u/jew min-negozjant minn tranżazzjoni bil-prodotti rilevanti kkonċernati;

▼B

(d) 

esklużjoni temporanja għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar mill-proċessi tal-akkwist pubbliku u mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inkluż il-proċeduri tal-offerti, l-għotjiet u l-konċessjonijiet;

(e) 

il-projbizzjoni temporanja tal-introduzzjoni jew tat-tqegħid fis-suq jew tal-esportazzjoni ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti, fil-każ ta’ ksur serju jew ksur ripetut;

(f) 

il-projbizzjoni li tiġi eżerċitata d diliġenza dovuta simplifikata stabbilita fl-Artikolu 13 fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut.

Artikolu 25 3.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar is-sentenzi finali kontra persuni ġuridiċi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-penali imposti fuqhom, fi żmien 30 jum mid-data li fiha s-sentenzi jsiru finali„ b’kont meħud tar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta’ tali sentenzi, li għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-isem tal-persuna ġuridika;

(b) 

id-data tas-sentenza finali;

(c) 

sommarju tal-attivitajiet li minħabba fihom il-persuna ġuridika tkun instabet li kisret dan ir-Regolament; u

(d) 

in-natura tal-penali imposta u, meta tkun finanzjarja, l-ammont tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1115
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.