|
+Artikolu 25 2. |
Artikolu 25 2.Il-penali previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali għandhom jinkludu:
(a)
multi proporzjonati għad-danni ambjentali u għall-valur tal-komoditajiet rilevanti jew tal-prodotti rilevanti kkonċernati, billi jiġi kkalkolat il-livell ta’ tali multi b’tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom, u gradwalment jiżdied il-livell ta’ tali multi għal ksur ripetut; fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-ammont massimu ta’ tali multa għandu jkun mill-inqas 4 % tat-total tar-rikavat annwalital-operatur, tal-operatur downstream jew tan-negozjant fl-Unjoni kollha għas-sena finanzjarja ta’ qabel id-deċiżjoni dwar il-multi, ikkalkulat f’konformità mal-kalkolu tar-rikavat aggregat għall-intrapriżi stabbilit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( 6 ), u għandu jiżdied, fejn meħtieġ, biex jaqbeż il-benefiċċju ekonomiku potenzjali miksub;
(b)
konfiska tal-prodotti rilevanti kkonċernati mill-operatur, mill-operatur downstream u/jew min-negozjant;
(c)
konfiska tad-dħul miksub mill-operatur, mill-operatur downstream u/jew min-negozjant minn tranżazzjoni bil-prodotti rilevanti kkonċernati;
(d)
esklużjoni temporanja għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar mill-proċessi tal-akkwist pubbliku u mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inkluż il-proċeduri tal-offerti, l-għotjiet u l-konċessjonijiet;
(e)
il-projbizzjoni temporanja tal-introduzzjoni jew tat-tqegħid fis-suq jew tal-esportazzjoni ta’ komoditajiet rilevanti u prodotti rilevanti, fil-każ ta’ ksur serju jew ksur ripetut;
(f)
il-projbizzjoni li tiġi eżerċitata d diliġenza dovuta simplifikata stabbilita fl-Artikolu 13 fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|