|
+Artikolu 10 11. |
Artikolu 10 11.Għall-finijiet tal-paragrafu 10, il-Bord, għandu, fejn applikabbli, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jieħdu l-miżuri li ġejjin:
(a)
li jeħtieġu lill-entità tirrevedi kwalunkwe ftehim ta' finanzjament intragrupp jew teżamina mill-ġdid in-nuqqas ta' tali ftehimiet, jew tħejji ftehimiet ta' servizz (kemm jekk fi ħdan il-grupp jew ma' partijiet terzi) sabiex jiġi kopert l-għoti ta' funzjonijiet kritiċi;
(b)
li jeħtieġu lill-entità tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati massimi tagħha;
(c)
li jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari ta' informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet ta' riżoluzzjoni;
(d)
li jeħtieġu lill-entità teħles minn assi speċifiċi;
(e)
li jeħtieġu lill-entità tillimita jew twaqqaf attivitajiet eżistenti speċifiċi jew proposti;
(f)
li jirrestrinġu jew jimpedixxu l-iżvilupp jew l-eżistenza ta' linji ta' operat ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta' prodotti ġodda jew eżistenti;
(g)
li jeħtieġu bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tal-entità jew kwalunkwe entità tal-grupp, kemm direttament kif ukoll indirettament taħt il-kontroll tagħhom, biex titnaqqas il-kumplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u operazzjonalment minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni;
(h)
li jeħtieġu lil entità tistabbilixxi kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni;
(i)
li jeħtieġu lil entità toħroġ obbligazzjonijiet eliġibbli biex tilħaq ir-rekwiżiti tal- ►M1 Artikoli 12f u l-Artikolu 12g ◄ ;
(j)
li jeħtieġu lil entità tieħu passi oħrajn biex tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl- ►M1 Artikoli 12f u l-Artikolu 12g ◄ , inkluż b'mod partikolari billi tipprova tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, Strument tal-Grad 1 jew sStrument tal-Grad 2 addizzjonali li tkun ħarġet, bil-għan li jiġi żgurat li kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord li tniżżel il-valur jew tikkonverti dik l-obbligazzjoni u dak l-istrument tkun effettiva skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;
(k)
li jeħtieġu li l-entità tissottometti pjan biex tirristawra l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f u 12g ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g ta' dan ir-Regolament espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(l)
għall-iskop li tiġi żgurata konformità kontinwa mal-Artikolu 12f jew 12g, sabiex entità tintalab tibdel il-profil ta' maturità ta':
(i)
strumenti ta' fondi proprji, wara li tkun kisbet il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, u
(ii)
obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 12c u l-punt (a) tal-Artikolu 12g(2). Fejn applikabbli, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu direttament il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (j) tal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|