+Artikolu 27 5.

Artikolu 27 5.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, ċerti obbligazzjonijiet jistgħu jiġu esklużi jew parzjalment esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fejn:

(a) 

mhuwiex possibbli ssir rikapitalizzazzjoni interna ta' dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli minkejja sforzi b'rieda tajba tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti; jew

(b) 

l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u tkun proporzjonata sabiex tinkiseb il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin tan-negozju b'mod li tinżamm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkompli bl-operazzjonijiet, is-servizzi u t-tranżazzjonijiet ewlenin; jew

(c) 

l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex tevita li twassal għal kontaġju wiesa', partikolarment rigward depożiti eliġibbli miżmuma minn persuni fiżiċi u mikroimpriżi, impriżi ta' daqs żgħir u medju, li jista' jħarbat b'mod serju l-funzjonament tas-swieq finanzjarji, inklużi l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji, b'mod li jista' jikkawża tħarbit serju lill-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-Unjoni; jew

(d) 

l-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna għal dawk l-obbligazzjonijiet tikkawża qerda fil-valur b'mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħra jkun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.

Il-Bord għandu jivvaluta b'attenzjoni jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni taħt il-punt (h) tal-paragrafu 3 għandhomx jiġu esklużi jew esklużi parzjalment taħt il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni.

Fejn tiġi eskluża, għal kollox jew parzjalment, obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, taħt dan il- paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiżdied sabiex jittieħed kont ta' tali l-esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jkun jikkonforma mal-prinċipju stipulat fil-punt (g) tal-artikolu 15(1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.