+Artikolu 22 Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
---+Artikolu 22 5
---+Artikolu 22 6

Artikolu 22 Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni, jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-azzjonisti tal-impriża taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;

(b)

il-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti f'konformità mal-ordni ta' prijorità tal-klejms tagħhom skont proċedimenti normali ta' insolvenza, ħlief kif altrimenti previst espressament f'din id-Direttiva;

(c)

il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u l-maniġment superjuri tal-impriża taħt riżoluzzjoni jiġu ssostitwiti, ħlief meta ż-żamma, fis-sħuħija jew parzjali, ta' dak il-korp jew tal-maniġment superjuri titqies neċessarja għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;

(d)

il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u l-maniġment superjuri tal-impriża taħt riżoluzzjoni jipprovdu l-assistenza kollha neċessarja għall-kisba tal-objettivi ta' riżoluzzjoni;

(e)

il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jsiru responsabbli skont il-liġi ċivili jew penali għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tal-impriża taħt riżoluzzjoni;

(f)

ħlief fejn previst mod ieħor f'din id-Direttiva, kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati bl-istess mod;

(g)

l-ebda azzjonist jew kreditur ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza f'konformità mas-salvagwardji fl-Artikoli 55 sa 57;

(h)

l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed f'konformità mas-salvagwardji f'din id-Direttiva.

Artikolu 22 2

2.   Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun parti minn grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni b'mod li jiġu mminimizzati, b'mod partikolari fil-pajjiżi fejn jopera l-grupp:

(a)

l-impatt fuq entitajiet oħrajn fi grupp u fuq il-grupp kollu kemm hu;

(b)

l-effetti avversi fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u fl-Istati Membri.

Artikolu 22 3

3.   Meta japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat tar-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Artikolu 22 4

4.   Meta jiġu applikati għodod ta' riżoluzzjoni, l-entità li għaliha jiġu applikati dawk l-għodod għandha titqies bħala s-suġġett ta' proċedimenti ta' falliment jew ta' proċedimenti ta' insolvenza analogi għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (19).

Artikolu 22 5

5.   Meta japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw ir-rappreżentanti tal-impjegati tal-impriża kkonċernata fejn ikun xieraq.

Artikolu 22 6

6.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat tar-riżoluzzjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati f'korpi maniġerjali kif previst fil-liġi jew prattika nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.