4. Meta jintużaw biss l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja, u meta dawk l-għodod jintużaw għat-trasferiment ta' parti biss mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni, l-impriża residwa tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew entità residwa kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), li minnha jkunu ġew ittrasferiti l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet, għandha tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Tali stralċ għandu jsir f'perjodu ta' żmien raġonevoli, filwaqt li titqies kwalunkwe ħtieġa għal dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa jew entità residwa msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), li tipprovdi servizzi jew appoġġ skont l-Artikolu 45 sabiex il-benefiċjarju ikun jista' jwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta' dak it-trasferiment, u kwalunkwe raġuni oħra li l-kontinwazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa jew ta' entità residwa kif imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 1(1), tkun neċessarja sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sabiex tinżamm konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 22.