+Artikolu 26 Prinċipji ġenerali tal-għodod ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
---+Artikolu 26 6
---+Artikolu 26 7
---+Artikolu 26 8
|
Artikolu 26 Prinċipji ġenerali tal-għodod ta' riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni għal entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3).
|
|
Artikolu 26 2
|
2. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika għodda ta' riżoluzzjoni għal entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), u li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun tirriżulta f'telf imġarrab mill-kredituri, b'mod partikolari d-detenturi ta' poloz, jew jirriżultaw f'ristrutturazzjoni jew f'konverżjoni tal-klejms tagħhom, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tivvalwa b'mod negattiv jew tikkonverti strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 35 immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.
Kwalunkwe rikavat, iġġenerat wara l-irkupru ta' kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba korrettament b'rabta mal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafu 5, għandu l-ewwel jikkumpensa lid-detenturi ta' poloz u kredituri oħra tal-entità sal-punt li l-klejms tagħhom ikunu tniżżlu fil-valur mingħajr ma jkunu kkumpensati bis-sħiħ.
Il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fi strumenti kapitali tista' tiġi applikata biss għall-klejms lill-assigurazzjoni biss f’każijiet fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiġġustifika li l-objettivi ta' riżoluzzjoni ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' għodod ta' riżoluzzjoni oħrajn, jew li l-konverżjoni tal-klejms lill-assigurazzjoni twassal għal protezzjoni aħjar għad-detenturi ta' poloz meta mqabbla mal-użu ta' kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni oħra u t-tniżżil fil-valur tal-klejms tagħhom.
|
|
Artikolu 26 3
|
3. L-għodod ta' riżoluzzjoni huma dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-għodda ta' run-off solventi;
|
|
(b)
|
l-għodda ta' bejgħ ta' negozju;
|
|
(c)
|
l-għodda tal-impriża tranżitorja;
|
|
(d)
|
l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet;
|
|
(e)
|
l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni.
|
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod ta' riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe taħlita, ħlief għall-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, li għandha tiġi applikata biss flimkien ma' għodda oħra ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 26 4
|
4. Meta jintużaw biss l-għodda ta' bejgħ ta' negozju u l-għodda ta' impriża tranżitorja, u meta dawk l-għodod jintużaw għat-trasferiment ta' parti biss mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet tal-impriża taħt riżoluzzjoni, l-impriża residwa tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew entità residwa kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), li minnha jkunu ġew ittrasferiti l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet, għandha tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza. Tali stralċ għandu jsir f'perjodu ta' żmien raġonevoli, filwaqt li titqies kwalunkwe ħtieġa għal dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa jew entità residwa msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b) sa (e), li tipprovdi servizzi jew appoġġ skont l-Artikolu 45 sabiex il-benefiċjarju ikun jista' jwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta' dak it-trasferiment, u kwalunkwe raġuni oħra li l-kontinwazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni residwa jew ta' entità residwa kif imsemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 1(1), tkun neċessarja sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni jew sabiex tinżamm konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 22.
|
|
Artikolu 26 5
|
5. L-awtorità ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe arranġament ta' finanzjament li jaġixxi skont l-Artikolu 81 jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni f'isem kwalunkwe arranġament finanzjarju jistgħu jirkupraw kwalunkwe spiża raġonevoli korrettament imġarrba b'rabta mal-applikazzjoni tal-għodod jew l-eżerċizzju ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni f'mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
bħala tnaqqis minn kwalunkwe korrispettiv imħallas minn benefiċjarju lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun japplika l-każ, lis-sidien tal-ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda;
|
|
(b)
|
mill-impriża taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur preferut;
|
|
(c)
|
minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża tranżitorja, tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jew tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'run-off solventi, bħala kreditur preferut.
|
|
|
Artikolu 26 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli taħt il-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza fuq l-annullabbiltà jew in-nuqqas ta' infurzabbiltà ta' atti legali ta' detriment għall-kredituri ma japplikawx għal trasferimenti ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet minn impriża taħt riżoluzzjoni lil entità oħra bis-saħħa tal-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni jew tal-eżerċizzju ta' setgħa ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 26 7
|
7. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għodod u setgħat addizzjonali eżerċitabbli meta entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3), dment li:
|
(a)
|
meta jiġu applikati għal grupp transfruntier, dawk l-għodod u s-setgħat addizzjonali ma jikkostitwux impedimenti għar-riżoluzzjoni effettiva ta' grupp; u
|
|
(b)
|
dawk l-għodod u s-setgħat huma konsistenti mal-objettivi ta' riżoluzzjoni u mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22.
|
|
|
Artikolu 26 8
|
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn kwalunkwe waħda mill-għodod ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikabbli għal entità fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) bħala riżultat tal-forma ġuridika speċifika tagħha ta' impriża mutwa jew soċjetà kooperattiva, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom is-setgħat neċessarji li japplikaw għodda li huma simili kemm jista' jkun għal dawk elenkati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż f'termini tal-effetti tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|