+Artikolu 30 8

Artikolu 30 8

8.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-impriża taħt riżoluzzjoni għal veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet f'aktar minn okkażjoni waħda u jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura minn veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet lill-impriża taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-possibbiltà li l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment;

(b)

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ma humiex ikklassifikati bħala assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment, jew ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom.

Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jista' jsir fi kwalunkwe perjodu, u għandu jikkonforma ma' kwalunkwe kondizzjoni oħra ddikjarata f'dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

L-impriża taħt riżoluzzjoni għandha tkun obbligata li tieħu lura kwalunkwe assi, dritt jew obbligazzjoni ttrasferita f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.